Noħlom bi Knisja aktar missjunarja

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku fil-messaġġ tiegħu għal Awwissu 2021

“… Noħlom bi Knisja aktar missjunarja: waħda li toħroġ biex tiltaqa’ mal-oħrajn mingħajr ma tipprova tikkonvertihom, lesta li tibdel l-istrutturi kollha tagħha biex ikunu addattati għall-evanġelizzazzjoni tad-dinja tal-lum. …

Il-Knisja f’Mixja

Il-vokazzjoni propja tal-Knisja hija l-evanġelizzazzjoni; mhux biex nikkonvertu n-nies, le. Il-vokazzjoni tagħha hija l-evanġelizzazzjoni; aktar minn hekk, l-identità tal-Knisja hija l-evanġelizzazzjoni.

Aħna nistgħu nġeddu ’l-Knisja biss meta niddixxernu r-rieda ta’ Alla fil-ħajja tagħna ta’ kuljum u nibdew il-bidla mmexxija mill-Ispirtu s-Santu. It-tiġdid personali tagħna hija dik il-bidla. Li nħallu l-Ispirtu s-Santu, id-don ta’ Alla fi qlubna, ifakkarna dak li għallimna Ġesù u jgħinna npoġġuh fil-prattika.

Ejjew nibdew nġeddu ’l-Knisja bit-tiġdid tagħna nfusna, mingħajr ideat ippreparati minn qabel, mingħajr preġudizzji ideoloġiċi, mingħajr riġidità, iżda pjuttost billi nimxu ‘l quddiem fuq pedamenti tal-esperjenza spiritwali —esperjenza ta’ talb, esperjenza ta’ karità, esperjenza ta’ servizz. 

Noħlom bi Knisja aktar missjunarja: waħda li toħroġ biex tiltaqa’ mal-oħrajn mingħajr ma tipprova tikkonvertihom, lesta li tibdel l-istrutturi kollha tagħha biex ikunu addattati għall-evanġelizzazzjoni tad-dinja tal-lum.

Ejjew niftakru li l-Knisja dejjem se jkollha diffikultajiet, dejjem se ssib ruħha fi kriżi, għax hi ħajja. L-affarijiet ħajjin jgħaddu minn kriżijiet. Il-mejtin biss ma jkollhomx  kriżijiet.

Ejjew nitolbu għall-Knisja, biex  hi tirċievi mill-Ispirtu s-Santu l-grazzja u s-saħħa biex iġġedded lilha nnifisha fid-dawl tal-Evanġelju.

Aktar … https://laikosblog.org/2021/07/28/il-fehma-tal-papa-ghal-awwissu-2021/

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading