Pass ieħor fil-proċess tal-kawża għall-beatifikazzjoni tal-koppja Casolani

Print Friendly, PDF & Email

L-Arċisqof Charles Scicluna waqqaf kummissjoni biex teżamina d-dokumenti u l-kitbiet dwar il-koppja Henry u Inez Casolani. Il-membri tal-kummissjoni huma Rev. Dr Nicholas Doublet, Dr Joseph F. Grima u Dr Evelyn Pullicino. Huma ħadu l-ġurament tal-ħatra nhar il-11 ta’ Awwissu 2021 quddiem il-Vigarju Ġudizzjali, Kan. Brendan Gatt u l-Kanċilliera Joanna Camilleri. Dan hu pass ieħor fil-proċess tal-kawża għall-beatifikazzjoni tal-koppja Casolani.

Min għandu xi kitbiet jew dokumenti dwar il-koppja Casolani hu mitlub li jinforma bihom lil viċi postulatur, Anthony Quintano fuq 104, ‘Eroica’, Triq V. Vassallo, Attard ATD1904 jew permezz ta’ henryandinezcasolani@gmail.com.