Il-Papa Ġwanni Pawlu I, fit-triq li jkun dikjarat qaddis

Print Friendly, PDF & Email

Il-Knisja għarfet il-miraklu attribwit lill-Venerabbli Qaddej ta’ Alla, l-Papa Ġwanni Pawlu I (Albino Luciani), li twieled fis-17 ta’ Ottubru 1912, fil-belt Taljana ta’ Canale d’Agordo u li miet fit-28 ta’ Settembru 1978, fil-Palazz Appostoliku tal-Vatikan. Huwa ġie elett Papa fis-26 ta’ Awwissu 1978. Huwa mexa l-Knisja Kattolika għal 33 jum. Fi ftit ġimgħat biss li hu għamel bħala Papa, huwa kien daħal fil-qlub ta’ miljuni ta’ nies għas-sempliċità tiegħu, għal umiltà tiegħu; kliemu kien biex jiddefendi liż-żgħir u kellu tbissima evanġelika.

Ara l-erba’ diskorsi li l-Papa Ġwanni Pawlu I kien għamel f’Udjenzi Ġenerali matul it-33 jum tal-pontifikat tiegħu: L-umiltà, il-fidi, it-tama u l-karità …

Waqt udjenza, l-Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qaddisin, il-Kardinal Semeraro, l-Papa Franġisku awtorizza lid-dikasteru jippromulga d-Digriet biex il-kawża tiegħu timxi, flimkien mal-kawżi ta’ seba’ Qaddejja oħra ta’ Alla.

Il-websajt tal-Kongragazzjoni tgħid li l-miraklu huwa dwar fejqan ta’ tifla ta’ ħdax-il sena li fieqet minn marda serja ħafna; li kienet ikkaratterizzata minn bosta aċċessjonijiet li kienu jagħtuha kuljum u stat settiku ta’ bronkopnewmonja. L-inizjattiva biex jiġi invokat il-Papa Ġwanni Pawlu I kienet ittieħdet mill-kappillan tal-parroċċa li l-isptar jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-10/decrees-causes-of-saints-pope-john-paul-i.html

U kif ukoll fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-10/pope-john-paul-i-miracle-for-canonization.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: