“Nesprimi l-qrubija tiegħi mal-eluf ta’ immigranti, refuġjati u oħrajn li għandhom bżonn ta’ protezzjoni fil-Libja: jien qatt ma ninsikhom. Nisma l-għajta tagħkom u nitlob għalikom.” Waqt li kien qed jindirizza lill-fidili, wara t-talba tal-Angelus tal-Ħadd fi Pjazza San Pietru, l-Papa Franġisku qal li “tant minn dawn l-irġiel, nisa u tfal huma soġġetti għal vjolenza bla sens u inumana.”
Għal darb’oħra, huwa qal: “Nitlob lill-Komunità Internazzjonali biex iżomm il-wegħdiet tagħha u biex issib soluzzjonijiet konkreti u fit-tul biex tirregola l-flussi tal-immigrazzjoni fil-Libja u fil-Mediterran kollu.” L-Papa Franġisku nnota li t-tbatija ta’ dawk li jinġabru mill-Gwardja tal-Kosta u jintbagħtu lura hija enormi.
L-osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem u dawk li rnexxielhom jitilqu minn dawk iċ-ċentri ta’ detenzjoni, kemm-il darba stqarrew li l-kundizzjonijiet fil-kampijiet, hemm nuqqas kbir ta’ rispett għad-drittijiet tal-bniedem. “Jeħtieġ li tintemm il-prattika tar-ritorn tal-immigranti lejn pajjiżi li mhumiex sikuri u li tingħata prijorità lill-operazzjonijiet li jsalvaw il-ħajjiet fil-baħar,” żied il-Papa, li appella għal passaġġi sikuri u legali għal dawk li jkunu qed jiċċaqalqu, kif ukoll għall-possibbiltà li jinżlu f’portijiet sikuri.
Huwa appella għal leġiżlazzjoni li “tiggarantixxi kundizzjonijiet ta’ ħajja dinjituża”, li huwa qal, li għandhom jipprovdu “alternattiva għad-detenzjoni, kif ukoll għall-immigrazzjoni legali u proċeduri ta’ ażil.”
Il-Papa Franġisku temm l-appell tiegħu, u stieden lil kulħadd biex jerfgħu r-responsabbiltà tas-sitwazzjoni ta’ dawn l-aħwa, u talab lil dawk preżenti biex jitolbu fis-skiet.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-10/pope-francis-appeal-angelus-migrants-refugees-libya-human-rights.html