Papa Franġisku: “Aħdmu ħa tibnu dinja aktar solidali, ġusta u xierqa”

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku nhar is-Sibt indirizza lill-membri tal-Istituzzjoni Centesimus Annus – Pro Pontifice, hekk kif ikkonkludew il-Konvenzjoni Internazzjonali tagħhom tal-2021 dwar “is-Solidarjetà, Kooperazzjoni u Responsabbiltà: l-antidoti għall-ġlieda kontra l-inġustizzji, l-inugwaljanzi u l-esklużjonijiet”.

L-impenn tal-Fondazzjoni għall-istudju u r-riċerka dwar mudelli ġodda ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali, ispirat mit-tagħlim soċjali Kattoliku, “huwa importanti u meħtieġ ħafna”, qal il-Papa Franġisku. “F’ħamrija kkontaminata mill-predominanza tal-finanzi, għandna bżonn niżirgħu ħafna żrieragħ żgħar li jistgħu jagħtu l-frott f’ekonomija li hija ekwa u ta’ benefiċċju, umana u ċċentrata fuq in-nies”.

Il-kunċetti ta’ solidarjetà, kooperazzjoni u responsabbiltà – l-fokus tal-konferenza – huma “tliet pilastri tat-tagħlim soċjali tal-Knisja,” qal il-Papa. Spjega lid-duttrina soċjali tal-Knisja hija bbażata fuq l-interazzjoni bejn il-persuni u hija diretta lejn il-ġid komuni, għall-kuntrarju kemm ta’ mudelli individwalisti kif ukoll kollettivi.

Il-Qdusija Tiegħu nsista, “lit-tagħlim soċjali Kattoliku, huwa bbażat fuq il-Kelma ta’ Alla, u jfittex li jippromwovi żvillup uman integrali fuq il-bażi tal-fidi tagħna f’Alla li sar bniedem.” Għal din ir-raġuni, qal, “għandha tiġi pprattikata, mgħożża u żviluppata”, għax “hija teżor tat-tradizzjoni tal-Knisja!”

Huwa żied jgħid lit-tliet kelmiet fiċ-ċentru tad-diskussjonijiet tal-Fondazzjoni “jfakkru l-misteru ta’ Alla nnifsu, li, bħala Trinità, komunjoni ta’ persuni, jispirana biex insibu t-tewttiq tagħna fi ftuħ ġeneruż għal oħrajn (solidarjetà), permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ oħrajn (kooperazzjoni) u permezz ta’ impenn lejn l-oħrajn (responsabbiltà).”

“Għeżież ħbieb, fil-promozzjoni ta’ dawn il-valuri u dan il-mod ta’ għajxien, ħafna drabi nsibu ruħna mmorru kontra l-kurrent, iżda ejjew dejjem niftakru li m’aħniex waħedna. Alla qiegħed qrib tagħna”, qal il-Papa. Huwa kompla jgħid, li bħala Nsara, aħna msejħin biex naħdmu ma’ dawk kollha li qed jaħdmu għall-ġid komuni.

Għalkemm il-ħolma ta’ dinja aktar ġusta u ekwa tista’ tidher li ma tistax tintlaħaq, il-Papa Franġisku qal, “nippreferu nemmnu li hija ħolma li tista’ ssir realtà, għax hi l-ħolma ta’ Alla Trinitarju.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-10/pope-work-to-build-a-more-solidary-just-and-equitable-work.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: