Meta fil-Quddiesa s-saċerdot jerfa’ quddiemna l-Ostja u l-Kalċi, dan hu ħin importanti ħafna. L-Ostja u l-Kalċi huma Ġesù’ stress. Is-saċerdot jurina l-Ostja u l-Kalċi u dak il-ħin aħna nagħmlu sinjal ta’ qima lejn l-Ostja u lejn il-Kalċi.
- Wara dan, is-saċerdot jagħmel riverenza billi jinżel għarkupptejh. Kif is-saċerdot iqum bilwieqfa, aħna nqumu miegħu biex nagħmlu talba ta’ fidi f’ Ġesù. Is-saċerdot jagħtina l-paċi billi jgħid: “Il-paċi tal-Mulej tkun dejjem magħkom.” Aħna nagħtu l-paċi lil xulxin. Ma nagħtux ‘sinjal’ ta’ paċi, imma paċi mill-qalb. Il-paċi nagħtuha biss lil dawk li jkunu viċin tagħna.
- Waqt li ngħidu l-”Missierna”, is-saċerdot jiftaħ idejh waqt li jitlob. Aħna nistgħu nagħmlu bħalu, imma m’aħniex obbligati li niftħu jdejna bħas-saċerdot.
- Kulmeta nwieġbu bil-kelma “Ammen” inkunu qed nistqarru li nemmnu f’dak li qed jingħad.
- Siegħa qabel ma nitqarbnu, ma nistgħux nieklu jew nixorbu. Imma l-morda u l-anzjani jistgħu jieklu jew jixorbu.
- Meta fl-aħħar tal-Quddiesa s-saċerdot jgħidilna “Morru fil-paċi tal-Mulej”, jgħidilna hekk biex aħna nkomplu l-ġurnata fl-imħabba ta’ Ġesù u nħabbru l-ferħ tiegħu kulfejn inkunu.
Minn Joe Galea