Ukrajna: Is-Sindku ta’ Kiev jikteb lill-Papa Franġisku

Print Friendly, PDF & Email

“Il-Qdusija Tiegħu, rċieva ittra mingħand is-sindku tal-kapitali Ukrajna, u Hu jinsab qrib it-tbatija tal-belt, tan-nies tagħha, ta’ dawk li ġew sfurzati jaħarbu, u ta’ dawk li huma msejħin biex jiggvernawha”.

Meta wieġeb mistoqsijiet li sarulu mill-ġurnalisti, d-Direttur tal-Uffiċju Stampa tal-Vatikan, Matteo Bruni, kkonferma l-aħbar li l-Papa rċieva ittra mingħand Vitali klitschko.

Is-sindku tal-belt kapitali assedjata, impona crufew ta’ 35 siegħa, hekk kif l-attakki Russi se jintensifikaw.

Matteo Bruni, qal li l-Papa, qed jitlob għall-protezzjoni taċ-ċittadini ta’ Kiev u jtenni l-appell li għamel nhar il-Ħadd li għadda, fejn jiddeplora “l-barbarità tal-qtil ta’ tfal, innoċenti u ċivili mhux armati u jappella biex tintemm l-aggressjoni armata, li mhiex aċċettabbli, qabel ma twassal l-ibliet f’ċimiterji”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-03/ukraine-kyiv-mayor-pope-francis-letter-closeness.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading