Il-Papa Franġisku jappella għal waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna, għall-Għid

Print Friendly, PDF & Email

Hekk kif il-gwerra għaddejja fl-Ukrajna u l-massakri jkomplu, l-Papa Franġisku appella għal waqfien ta’ żmien fin-nazzjoni mifni mill-gwerra dan l-Għid. Waqt il-kummenti tiegħu qabel ir-reċita tat-talba tal-Angelus f’Ħadd il-Palm, il-Papa esklama, “Ħa jitwaqqfu l-armi! Ħa tibda t-tregwa tal-Għid”.

Il-Qdusija Tiegħu, qal lill-65,000 pellegrin fi Pjazza San Pietru li hekk kif induru lejn l-Omm Santissima bit-Talba tal-Angelus, irridu niftakru kif l-Anġlu tal-Mulej innifsu qal lil Marija fil-Lunzjata: “Għal Alla xejn mhu impossibbli”. “Xejn mhu impossibli għal Alla,” tenna l-Papa.

“Jista’ saħansitra jtemm gwerra lit-tmiem tagħha mhux fil-vista, gwerra li kuljum tpoġġi quddiem għajnejna massakri faħxija u moħqrija atroċi mwettqa kontra ċivili mingħajr difiża”.

Il-Papa sejjaħ lill-fidili biex jitolbu dwar dan, speċjalment f’dawn il-jiem ta’ qabel l-Għid.

“Ħalli l-armi jitniżżlu! Ħa tibda t-tregwa tal-Għid”.

Il-Papa fakkar kif l-insara din il-Ġimgħa Mqaddsa qed iħejju biex jiċċelebraw ir-rebħa tal-Mulej Ġesù Kristu fuq id-dnub u l-mewt, filwaqt li nnota lir-rebħa kienet “fuq id-dnub u l-mewt”, u “mhux fuq xi ħadd u kontra xi ħadd ieħor”.

“Imma llum, hemm gwerra”, u għaliex tipprova tirbaħ b’dan il-mod, “skond il-mod tad-dinja”, staqsa. “Dan huwa biss il-mod kif nitilfu. Għaliex ma nħalluhx jirbaħ? Kristu ġarr is-salib tiegħu biex jeħlisna mill-ħakma tal-ħażen”.

Kristu miet, stqarr il-Papa, biex isaltan il-ħajja, l-imħabba u l-paċi.

It-tregwa li qed iħeġġeġ il-Papa, hija ċċara, mhix waħda “biex tipprovdi aktar armi u terġa’ tiġbor il-ġlieda – le!” Anzi, issuġġerixxa, dak li hu meħtieġ huwa “tregwa li twassal għall-paċi, permezz ta’ negozjar reali, li saħansitra tkun disposta għal xi sagrifiċċju għall-ġid tal-poplu”.

Il-Papa qal ukoll li jinsab qrib in-nies tal-Perù, “li qed jesperjenzaw mument diffiċli ta’ tensjoni soċjali”. “Qed nakkumpanjakom bit-talb u nħeġġeġ lill-partijiet kollha biex kemm jista’ jkun malajr isibu soluzzjoni paċifika għall-ġid tal-pajjiż, speċjalment tal-fqar, b’rispett tad-drittijiet ta’ kulħadd u tal-istituzzjonijiet”, qal.

Il-Papa Franġisku awgura lill-pellegrini u liż-żgħażgħ minn diversi pajjiżi, kif ukoll lil dawk kollha li qed jaraw permezz ta’ pjattaformi soċjali, l-Ġimgħa Mqaddsa t-tajba.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-04/pope-angelus-ukraine-ceasefire-palm-sunday-appeal.html

%d bloggers like this: