Il-Papa jappella biex jintemm l-imblokk tal-esportazzjoni tal-qamħ mill-Ukrajna.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku appella biex jintemm l-imblukkar tal-esportazzjoni tal-qamħ mill-Ukrajna. Fi tmiem l-Udjenza Ġenerali, li l-Papa jagħmel kull nhar ta’ Erbgħa fil-Vatikan, il-Qdusija Tiegħu reġa’ dawwar il-ħsieb tiegħu għall-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna. “Huwa ta’ tħassib kbir”, esprima l-Papa, “l-imblukkar tal-esportazzjoni tal-qamħ mill-Ukrajna, li minnu tiddependi l-ħajja ta’ tant miljuni ta’ nies, speċjalment tal-ifqar pajjiżi”.

“Nappella bil-ħerqa biex isir kull sforz biex tiġi solvuta din il-kwistjoni u biex jiġi garantit id-dritt universali tal-bniedem għall-ikel”. “Jekk jogħġobkom tużawx il-qamħ, ikel bażiku, bħala arma tal-gwerra!”

Il-Papa stqarr li dawn in-nuqqasijiet ikkawżati u ġew aggravati mill-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna. Il-Qdusija Tiegħu għamel għadd ta’ appelli għall-paċi fil-pajjiż mifni bil-gwerra, u għat-tmien tal-gwerra fl-Ukrajna u għall-gwerer madwar id-dinja.

It-Tlieta filgħaxija, fl-għeluq ix-xahar Marjan ta’ Mejju, fil-Bażilika Marjana ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma, l-Papa Franġisku talab ir-Rużarju għall-paċi fid-dinja, b’mod speċjali fl-Ukrajna.

Fil-25 ta’ Marzu, l-Papa Franġisku kkonsagra l-umanità kollha, b’mod speċjali lir-Russja u lill-Ukrajna, lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, u qal li att esprima l-fiduċja sħiħa tagħna fil-Verġni Marija f’nofs il-“gwerra krudili u bla sens” fl-Ukrajna.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-06/pope-francis-appeals-for-end-blockade-ukraine-grain-exports.html

%d bloggers like this: