It-Tlieta, l-Papa Franġisku, invoka l-interċessjoni tal-Verġni Marija, s-Sultana tal-Paċi, biex tagħti lill-umanità d-don tal-paċi. Din il-velja ta’ talb, li saret fil-Bażilika Papali ta’ Santa Maria Maggiore, nkludiet il-parteċipazzjoni ta’ nies milquta jew li kellhom jaħarbu mill-gwerra, ta’ migranti u refuġjati.
Kien hemm familja Ukrena, li tirrappreżenta l-familji kollha li qed jesperjenzaw il-vjolenza u l-abbuż tal-gwerra; kapillani militari, għal dawk li jġibu t-tama u l-faraġ lill-popolazzjonijiet milquta; voluntiera, għal dawk kollha li jkomplu jwettqu s-servizz tagħhom f’isem ħaddieħor anke f’sitwazzjonijiet ta’ periklu kbir u prekarjat; familja Sirjana u familja Venezwelana, li jirrapreżentaw lill-ħafna nies li qed ikomplu jbatu b’mod inġust minħabba l-kunflitti; xi refuġjati, li jagħtu wiċċ u vuċi lill-miljuni li ġewsfurzati jitilqu djarhom u sabu minn jilqagħhom f’pajjiżi oħra hekk kif qed jipruvaw jerġgħu jibnu ħajjithom.
“O Marija, Omm Alla u Sultana tal-Paċi, waqt il-pandemija inġbarna madwarek biex nitolbu l-interċessjoni Tiegħek”, talab il-Papa. Fakkar f’dak it-talb li fih l-insara talbu appoġġ għall-morda u s-saħħa għall-istaff mediku, talbu l-ħniena għall-mejtin u l-konsolazzjoni għal dawk li batew fis-skiet u s-solitudni.
“Illejla, fl-aħħar tax-xahar li hu kkonsagrat lilek, hawn nerġgħu niġu quddiemek, Sultana tal-Paċi, biex nitolbuk: agħti d-don il-kbir tal-paċi, temm malajr il-gwerra li ilha tiġri għal għexieren ta’ snin f’diversi partijiet tad-dinja, u li issa invadiet ukoll il-kontinent Ewropew.”
Filwaqt li ninutaw li l-paċi ma jistax ikun riżultat ta’ negożjati biss u lanqas konsegwenza ta’ ftehim tal-politiċi biss, iżda huwa fuq kollox don tal-Għid tal-Ispirtu s-Santu, l-Papa fakkar il-konsagrazzjoni tal-ġnus fil-gwerra lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, li talab id-don kbir tal-konverżjoni tal-qlub.
“Ninsabu fiduċjużi li bl-armi tat-talb, is-sawm, il-karità u d-don tal-grazzja tiegħek, il-qlub tal-bnedmin u ta’ dawk li jmexxu d-dinja jistgħu jinbidlu”.
Il-Papa Franġisku sejjaħ lill-Omm ta’ Alla biex tinterċedi għalina ma’ Binha, biex “jirrikonċiljaw il-qlub mimlija vjolenza u vendetta, jibdlu l-ħsibijiet għax-xewqa li jsiru sinjur b’mod faċli”.
Waqt li feda l-umanità “ppruvata bil-kbir bil-gwerer u l-kunflitti armati” lis-Sultana tal-Paċi, l-Papa rrifletta fuq il-qari liturġiku li jirrakkonta kif Marija żaret lil Eliżabetta u turi lilha nnifisha bħala mara missjunarja li ġġib u taqsam il-ferħ tat-Tħabbira: mara ta’ karità, billi tpoġġi lillha nnifisha għas-servizz ta’ dawk l-aktar fraġli. “F’dan l-istess jum, ningħaqdu fit-talb ma diversi santwarju u familji madwar id-dinja biex nitolbu r-Rużarju Mqaddes għall-paċi”.
Fost l-intenzjonijiet ta’ talb li ġew reċitati, ssemmiet b’mod speċjali it-tbatija ta’ diversi gruppi ta’ nies li ntlaqtu b’mod partikolari min-niket f’dawn l-aħħar snin.
“Ejjew nitolbu għall-vittmi tal-gwerra, speċjalment għal dawk l-aktar bla saħħa: t-tfal, l-anzjani, l-morda. Nitolbu għall-familja mifrudin; għall-missirijiet u l-ommijiet li qed jistennew ir-ritorn ta’ wliedhom u għat-tfal li jistennew ir-ritorn ta’ missirijiethom u ommijiethom mill-kampijiet tal-battalja”.
“Biex ħadd ma jbati b’mod inġust”
“Ejjew nitolbu għas-saċerdoti, l-persuni kkonsagrati u dawk kollha li jġibu l-kelma tat-tama u l-faraġ tal-fidi lill-popli milquta mill-gwerra”.
“Biex ikunu dejjem strumenti ta’ ħniena”
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-05/pope-francis-rosary-peace-ukraine-wars-virgin-mary.html