Il-Ħamis, 30 ta’ Ġunju, 2022: Il-Knisja Griega-Kattolika Sidtna Marija ta’ Damasku, il-Belt Valletta
L-ikona mirakuluża ta’ Sidtna Marija ta’ Damasku, li tmur lura għas-seklu 12, ġiet inawgurata nhar il-Ħamis, 30 ta’ Ġunju 2022, wara li sarilha xogħol ta’ restawr. L-inawgurazzjoni saret taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta Dr George Vella u l-Arċisqof Charles Scicluna fejn taw diskors qasir kull wieħed.
Waqt l-inawgurazzjoni tkellmu Papàs Martin Zammit, il-kappillan tal-komunità Griega Kattolika f’Malta u Mons. George Mifsud. Wara Dr Maria Grazia Zenzani għamlet preżentazzjoni li fiha spjegat il-fażijiet differenti tal-proċess tar-restawr.
L-ikona, li tinsab fil-Knisja Griega-Kattolika Sidtna Marija ta’ Damasku fil-Belt Valletta, ġiet restawrata u kkonservata mid-ditta Atelier del Restauro b’finanzjament parzjali mill-APS Bank.
Sors: www.knisja.mt
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti