Nhar l-Erbgħa, waqt l-Udjenzi Ġenerali, l-Papa Franġisku fakkar fit-tieni anniversarju mill-isplużjoni devastanti tal-Port ta’ Beirut. Waqt li kien qed jitkellem mal-pellegrini miġbura fis-Sala Pawlu VI, l-Papa qal li ħsibijietu qegħdina mal-familji tal-vittmi tal-ġrajja diżastruża u mal-“poplu għażiż tal-Libanu”.
“Nitlob biex kulħadd ikun ikkonslat bil-fidi, faraġ bil-ġustizzja u l-verità, li qatt ma jiġu moħbija. Nittama li l-Libanu, bl-għajnuna tal-komunità internazzjonali, jkompli fit-triq tat-twelid mill-ġdid, u jibqa’ fidil lejn il-vokazzjoni tiegħu, li jkun art ta’ paċi u pluraliżmu, fejn komunitajiet ta’ reliġjonijiet differenti jkunu jistgħu jgħixu fi fraternità,” talab il-Papa.
Fl-4 ta’ Awwissu 2020, splużjoni massiva qatgħet il-port ta’ Bejrut u ż-żoni tal-madwar, u qatlet aktar minn 215-il persuna u darbet eluf. Il-forza tal-isplużjoni kkawżat ħsarat lill-bini, nklużi Knejjes u monasteri. L-isplużjoni kienet ikkawżata minn tunnellati ta’ nitrat tal-ammonju maħżuna b’mod mhux sigur f’maħżen fil-port tal-kapitali tal-Libanu.
Dak iż-żmien, il-Knisja, permezz tal-Caritas Lebanon u l-Caritas Internationalis, għenet biex tipprovdi għajnuna ta’ emerġenza għal dawk milquta mid-diżastru. F’ġest ta’ solidarjetà mal-poplu tal-Libanu wara l-isplużjoni, l-Papa Franġisku ta donazzjoni ta’ 250 elf Ewro bħala għajnuna inizjali biex tassisti lill-Knisja f’dan il-mument ta’ diffikultà mid-Dikasteru għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrali tal-Bniedem.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-08/pope-francis-recalls-second-anniversary-of-beirut-port-explosion.html