Il-Papa jappella għat-talb u l-qrubija man-nies tal-Ukrajna.

Print Friendly, PDF & Email

Fit-tmiem l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa, l-Papa Franġisku qal, li t-Tlieta kien tkellem mal-Kardinal Krajewski li kien fl-Ukrajna fir-raba’ missjoni umanitarja u pastorali tiegħu fin-nazzjon mifni bil-gwerra. L-Kardinal, li jmexxi d-Dikasteru għas-Servizz tal-Karità, ta lill-Papa aġġornament u impressjonijiet dwar dik li l-Papa sejjaħ is-“sitwazzjoni terribbli fl-Ukrajna tturmentata”. L-Kardinal Krajewski qed imur ta’ spiss l-Ukrajna biex jagħti l-għajnuna lin-nies u juri l-qrubija tal-Papa mal-poplu t’hemmhekk.

Il-Papa fi tmiem l-Udjenza Ġenerali, esprima s-sogħba profonda tiegħu meta sema’ dwar it-tbatija tan-nies, is-salvaġġiżmu, l-atti orribbli, u l-iġsma ttorturati li qed jiġu skopruti. Huwa talab lil kulħadd biex nersuq qrib dan il-poplu “nobbli u martri” li qed ibati b’mod terribbli.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-09/pope-appeals-for-prayers-and-closeness-to-people-of-ukraine.html

%d bloggers like this: