Il-25 Ħadd matul is-Sena “A” …
Lieku l-Vanġelu tal-lum nifhmuh bl-għajnejn tal-ekonomija ma jinftiehem xejn! Ġesu fil-Vanġelu tal-lum jirrakkonta l-istorja ta’ sid l-għalqa li jqabbad in-nies, imma jagħti l-istess flus lil kulħadd, u mhux skont is -siegħat li jkunu ħadmu (Mattew 20, 1-16). Fl-Angelus il-Papa jgħidilna li din tidher qisha nġustizzja, f’għajnejna. Il-kriterji ta’ Alla, imma, huma differenti. Alla jħobbna mhux daqskemm ħaqqna, imma bla tarf.
Dettall sabiħ ieħor ta’ din il-parabbola hu li sid l-għalqa joħroġ isejjaħ il-ħaddiema f’kull ħin. Sid l-għalqa huwa Alla, li ma jieqaf qatt ifitxxna, li ma jagħmlilna l-ebda ‘interview’ biex jara aħniex tajbin jew le għax-xogħol, u li jiġi Hu jfittxna, mhux aħna nfittxuh.
Kultant naħsbu li Alla jimxi bħalna. Filwaqt l-grazzja u l-ġenerożita ta’ Alla huma bla tarf. Il-Papa jgħidilna li anke aħna bħala Knisja kultant nħossuna superjuri għall-oħrajn. Filwaqt li Alla jħobb lilna lkoll bl-istess imħabba. Il-Papa jistedinna biex noħorġu minn qoxritna. It-‘trademark’ tagħna l-insara għandha tkun li nifhmu, nagħdru u nħobbu lill-oħrajn iktar.
Tista’ tara dan il-post fuq facebook hawnhekk: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02CDu593ePf3oUfeeY6bq7FLAMLprduxVXahFhSbtsyw1CpdR5mwQYXQcYusjhvoXxl