Filwaqt li esprima d-dispjaċir li ma setax ikun preżenti għall-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2023 f’Dubaj, il-Papa Franġisku tenna t-twemmin tiegħu li “l-futur tagħna lkoll jiddependi mill-preżenti li issa qegħdin nagħżlu”. Is-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ din is-sena qed jiġi wara sena ta’ sħana rekord u nixfa, u li fih sett ta’ kwistjonijiet kontroversjali għall-pajjiżi li qed jaħdmu biex isibu soluzzjoni komuni fl-indirizz għat-tibdil fil-klima.

F’messaġġ iebes, imwassal f’ismu mill-Kardinal Pietro Parolin, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Papa qal lill-assemblea tal-COP li l-preżenza tiegħu sservi biex tfakkarhom li “l-qerda tal-ambjent hija offiża kontra Alla, dnub li mhuwiex personali biss iżda wkoll strutturali, waħda li tipperikola bil-kbir lill-bnedmin kollha, speċjalment lill-aktar vulnerabbli fostna u thedded li jinħoloq kunflitt bejn il-ġenerazzjonijiet”.
It-tibdil fil-klima, kompla l-Papa, huwa “kwistjoni soċjali globali u waħda intimament marbuta mad-dinjità tal-ħajja umana”. Li tqajjem mistoqsija urġenti; qal, “Qed naħdmu għal kultura tal-ħajja jew kultura tal-mewt?” Il-Qdusija Tiegħu żied jgħid, “Lilkom ilkoll, nagħmel dan l-appell mill-qalb: Ejjew nagħżlu l-ħajja! Ejjew nagħżlu l-futur! Jalla nkunu attenti għall-għajta tal-art, jalla nisimgħu t-talba tal-foqra, jalla aħna nkunu sensittivi għat-tamiet taż-żgħażagħ u għall-ħolm tat-tfal! Għandna responsabbiltà kbira: li nassiguraw li ma jiġux miċħuda mill-futur tagħhom”.
Filwaqt li tenna s-sejħa urġenti tiegħu biex tiġi ndirizzata l-kriżi tal-klima, l-Papa Franġisku attribwixxa l-kawża ewlenija tagħha għat-tisħin eċċessiv tal-pjaneta, minn livelli dejjem jikbru ta’ serer iggassjati (gassijiet fl-atmosfera tad-dinja li jżommu s-sħana), li qed jirriżultaw minn attivitajiet umani mhux sostenibbli. “X-xewqa li tipproduċi u tippossjedi saret ossessjoni, li jiriżulta f’regħba eċċessiva li għamlet oġġett ta’ sfruttament bla rażan”. Huwa żied jgħid:
“Il-klima qed issib ruħha bla kontrol, u qed tgħajjat lilna biex inwaqqfu din l-illużjoni ta’ omnipotenza”.
Il-Papa appella lill-umanità biex tagħraf il-limiti tagħha “b’umiltà u b’kuraġġ” bħala l-uniku pass lejn it-twettiq awtentiku. Huwa rrimarka l-firdiet li jeżistu fostna bħala l-ostaklu ewlieni għal din il-bidla kruċjali, u qal “id-dinja hi kompletament konnessa, bħal tagħna llum, m’għandhiex tkun maqtugħha minn dawk li jmexxuha, b’negozjati internazzjonali li ‘ma jistgħux jagħmlu progress sinifikanti minħabba l-fatt tal-pożizzjonijiet meħuda minn pajjiżi li jpoġġu l-interessi nazzjonali tagħhom fuq il-ġid komuni globali’.”
Waqt li enfasizza l-ħtieġa li negħlbu l-pożizzjonijiet inflessibbli, ħeġġeġ biex wieħed jiffoka fuq ir-responsabbiltà kollettiva għall-ġejjieni: “X-xogħol li aħna msejħin illum mhuwiex dwar ilbieraħ imma dwara għada: għada li, rridu jew mar-ridux, se jappartjeni għal kulħadd jew inkella għal ħadd”. Il-Papa Franġisku mbagħad ċaħad it-tentattivi biex it-tort idur fuq il-foqra u r-rati għolja tat-twelid. Huwa qal:
“Mhux tort tal-foqra, peress li kważi nofs id-dinja tagħna li hija l-aktar fil-bżonn hija responsabbli għal bilkemm ta’ 10% tal-emissjonijiet tossiċi, filwaqt lid-distakk bejn il-ftit għonja u l-mases tal-foqra qatt ma kien daqshekk mill-agħar”.
Filwaqt li enfasizza l-impatt sproporzjonat tal-kwistjoni ambjentali fuq il-foqra, l-Qdusija Tiegħu nnota l-effetti drammatiċi tat-tibdil fil-klima fuq il-popli indiġeni, t-tneħħija tal-foresti, l-ġuħ, l-insigurtà tal-ilma u tal-ikel, u l-migrazzjoni sfurzata.
“It-twelid mhuwiex problema iżda huma riżorsa”, qal, “filwaqt li ċerti mudelli ideoloġiċi u utilitarji li issa qed jiġu mposti b’ingwanti tal-bellus fuq il-familji u l-popli jikkostitwixxu forom reali ta’ kolonizzazzjoni”.
Barra minn hekk, il-Papa argumenta kontra l-ipenalizzar tal-iżvilupp ta’ pajjiżi mtaqqla ekonomikament, billi monflok ssuġġerixxa konsiderazzjoni mill-ġdid tad-“dejn ekoloġiku” dovut minn nazzjonijiet aktar sinjuri, u sejjaħ għal approwċ komprensiv u ekwu biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet interkonnessi tat-tibdil fil-klima, d-dejn ekonomiku, u ġustizzja soċjali fuq skala globali.
It-triq għall-ħruġ mill-kriżi ambjentali attwali, ssuġġerixxa l-Papa, hija t-triq tal-għaqda u l-multilateraliżmu, u appella għal kooperazzjoni effettiva f’dinja li “saret multipolari u fl-istess ħin tant kumplessa li l-qafas differenti għal kooperazzjoni effettiva hija meħtieġa”. Huwa nkwetanti, nnota, li “t-tisħin globali kien akkumpanjat minn bruda ġenerali tal-multilateraliżmu, nuqqas ta’ fiduċja dejjem tikber fi ħdan il-komunità internazzjonali,” u enfasizza r-rwol kruċjali tal-fiduċja fil-bini mill-ġdid ta’ kollaborazzjoni internazzjonali effettiva.
Il-Qdusija Tiegħu ġibed l-attenzjoni għan-natura interkonnessa tal-kwistjonijiet ambjentali u tal-paċi, u maqdar il-ħela tal-enerġija u r-riżorsi tal-umanità fuq il-gwerer – “bħal dawk f’Iżrael u l-Palestina, fl-Ukrajna u f’ħafna partijiet tad-dinja”, li jiggravaw il-problemi milli jsolvuhom. “Kemm riżorsi qed jinħlew f’armi li jeqirdu l-ħajjiet u jeqirdu d-dar komuni tagħna!” huwa qal.
“Bil-flus minfuqa fuq l-armi u nefqa militari oħra, ejjew nistabbilixxu fond globali li jista’ finalment itemm il-ġuħ, u nwettqu xogħlijiet għall-iżvilupp sostenibbli tal-ifqar pajjiżi u għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima”.
Filwaqt li tenna l-ħtieġa għal bidla politika murija mit-tibdil fil-klima, l-Papa Franġisku ħeġġeġ biex nitbegħdu mill-interessi personali dojjoq u n-nazzjonaliżmu, u sostna għal viżjoni alternattiva li trawwem konverżjoni ekoloġika.
F’dan ir-rigward, assigura l-impenn u l-appoġġ tal-Knisja Kattolika, li, qal, “hija mpenjata ħafna fil-ħidma tal-edukazzjoni u li tħeġġeġ il-parteċipazzjoni minn kulħadd, u kif ukoll tippromwovi stili ta’ ħajja sagħna, peress li kulħadd huwa responsabbli u li l-kontribut ta’ kull wieħed huwa fundamentali”.
Filwaqt li jsostni l-importanza tal-bidliet kulturali u l-mentalità kollettiva l-ġdida li titraxxendi l-interessi individwali u nazzjonali, l-Papa qal: “Jalla dan il-COP tipprova tkun punt ta’ svolta, li turi rieda politika ċara u tanġibbli li tista’ twassal għal aċċelerazzjoni deċiżiva tat-transizzjoni ekoloġika” b’miżuri effiċjenti, obbligatorji, u mmonitorjati faċilment fis-setturi tal-effiċjenza enerġetika, sorsi rinnovabbli, eliminazzjoni ta’ fjuwils fossili, u edukazzjoni fi stili ta’ ħajja sostenibbli.
“Jekk jogħġobkom”, talab il-Papa Franġisku, “ejjew nimxu ‘l quddiem u ma ndurux lura”. Huwa ħeġġeġ lill-mexxejja biex ma jipposponux aktar l-azzjoni u indika r-responsabbiltà ta’ dawk li jfasslu l-politika biex ifasslu reazzjonijiet konkreti u koeżivi għall-benessri tal-ġenerazzjonijiet attwali u futuri. Huwa fakkarhom li l-iskop tal-poter hu li jaqdi u wissa l-irbit ma’ awtorità “li xi darba tibqa’ mfakkra għan-nuqqas ta’ ħila tagħha li tieħu azzjoni meta kien urġenti u meħtieġ li tagħmel dan”. U ħeġġiġhom biex irawmu “politika tajba”. Qal, li
“Jekk l-eżempji konkreti u koeżjoni jiġi minn fuq, dan ikun ta’ benefiċċju għall-bażi, fejn ħafna nies, speċjalment iż-żgħażagħ, huma diġà ddedikati biex jieħdu ħsieb id-dar komuni tagħna”.
Fl-aħħarnett, il-Papa Franġisku esprima t-tama tiegħu lis-sena 2024 tista’ timmarka avvanz, billi tieħu l-ispirazzjoni mill-esperjenza trasformattiva ta’ San Franġisk ta’ Assisi li fl-1224, kkompona l-“Kantiku tal-Ħolqien”, esperjenza li wasslitu “jibdel l-uġigħ tiegħu f’tifħir u l-għejja tiegħu f’impenn imġedded” li wassluh ukoll biex isolvi kunflitt bejn l-awtoritajiet ċivili u l-isqof lokali. Filwaqt li nvoka din il-ġrajja storika bħala simbolu ta’ fraternità, l-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-mexxejja “biex inħallu warajna il-firdiet tagħna u ngħaqdu l-forzi tagħna!”
“U bl-għajnuna ta’ Alla, ejjew noħorġu mil-lejl mudlam tal-gwerer u l-qerda ambjentali sabiex inbiddlu l-futur komuni tagħna fis-sebħ ta’ jum ġdid u jiddi”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-12/pope-address-cop28-climate-change-appeal.html