Ħejji ruħek qabel titlob: Informazzjoni u Formazzjoni għal Jannar 2025
Fir-riflessjoni li għamilna f ’Novembru li għadda, irriflettejna flimkien dwar il-grazzji kbar li Alla għandu dejjem lesti għalina. Għedna wkoll, peró, illi biex wieħed ikun kapaċi jilqa’ dak li Alla jkun jixtieq jagħtih, irid jitbattal minn dak li għandu; ċioé, ma tistax taħtaf ħaġa b’idejk magħluqa għax trid iżżomm dak li għandek …
