Missio Malta

Ħarġa ta’ Lulju, Awwissu u Settembru 2025

Matul is‑sena 2024, grazzi għall‑ġenerożità tal‑Maltin u l‑Għawdxin, fosthom ħafna benefatturi regolari, Missio Malta rnexxielu jwettaq mal‑172 proġett f’pajjiżi missjunarji. Id‑donazzjoniet, li jidħlu matul is‑sena kollha jintużaw għall‑proġetti varji skont il‑ħtieġa u l‑ftehim li hemm bejn Missio Malta u l‑missjunarji.

Matul ix-xhur ta’ Lulju, Awwissu u Settembru tista’ taqra aktar dwar dan kollu fil-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ erba’ darbiet fis-sena, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun organizza u se jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’artiklu minnhom naqraw dwar bini ta’ spieri fiż-Żambja fejn l‑aċċess għal ilma nadif minn dejjem kien sfida ewlenija fil‑komunitajiet rurali. Mingħajru, il‑familji ma jistgħux jixorbu b’mod sikur, ikabbru l‑prodotti, jew jitimgħu l‑bhejjem. Filwaqt li f’artiklu ieħor niltaqgħu mal-aħwa Sonya u Punam mill-Pakistan li sfaw iltiema wara li l-ġenituri tagħhom sfaw ittorturati għax ma ħallsux il-kera fil-ħin.

Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona b’xejn fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt  Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading