30/08/2025: Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Charles Tabone qal li jkun żbaljat li naħsbu li għax għandna l-flus nistgħu kollox u m’għandniex bżonn lil Alla, għax il-ġid materjali jinbidel u jispiċċa, iżda Alla ma jinbidilx u ma jispiċċax.

https://tv.newsbook.com.mt/player/embed?assetID=1kezi7akl26e6d1r&skin=green&autoplay=0&ads=1
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Charles Tabone u Miriana Fenech Caruana. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 19, 23-30
Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew ngħidilkom li l-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet! Iva, nerġa’ ngħidilkom, eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet”. Id-dixxipli stagħġbu ħafna meta semgħu dan, u qalu: “Mela min jista’ jsalva?”. Ġesù ħares lejhom u qalilhom: “Għall-bnedmin dan ma jistax ikun; għal Alla kollox jista’ jkun”.
Artiklu miktub minn George Cassar
Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti