L-Anġli u l-Arkanġli

Il-ħolqien sħiħ ta’ Alla

Tassew li Alla jagħmel kollox bil-kbir.

Fir-Rumanzi miktuba mil-Missier tagħna San Ġwann tas-Salib, huwa jitkellem fuq ħolqien sħiħ ta’ Alla, u kif dawn il-krejaturi maħluqa minn Alla tqiegħdu fuq żewġ livelli:

Dawk li tqiegħdu fil-kmamar ta’ fuq (dawn huma l-Anġli) u dawk li tqiegħdu fil-kmamar ta’ isfel, li huwa l-bniedem u l-ħlejjaq l-oħra kollha maħluqa minn Alla.

Alla ħalaq eluf ta’ miljuni ta’ Anġli (jiġifieri eluf ta’ eluf ta’ eluf, jew numru b’disa’ żerijiet).

Terz tal-Anġli li jirribbellaw

Minn dawn terz irribbellaw kontra Alla.

Id-dnub ta’ dawn l-anġli ribelli kien li ma felħux jaċċettaw li huma ħolqien ta’ Alla u mhux alla.

L-Anġli Kustodji

Kull wieħed u waħda minna għandna anġlu biex jipproteġina. Dan L-ANĠLU (li jissejjaħ) KUSTODJU, IKUN DEJJEM MAGĦNA, BIEX JIPPROTEĠINA U JGĦINNA NIMXU FIT-TRIQ TAL-GRAZZJA. Il-Festa tal-Anġli Kustodji hija nhar il-Ħamis li ġej (2 ta’ Ottubru).

L-Arkanġli Mikiel, Gabriel u Rafel

Fost l-Anġli l-oħra kollha, jispikkaw tliet Anġli li biex niddistwingwuhom mill-Anġli l-oħra, nsejħulhom Arkanġli:

Mikiel jiġifieri ‘Min hu bħal Alla’.

Mikiel huwa l-kap tal-anġli li flimkien jipproteġu lil kull min jinvokhom.

Mikiel ukoll jiddefendi lil Knisja mill-attakki tad-demonji. Dan ifisser li l-forzi tad-dlamijiet QATT MA HUMA SE JKISSRU LIL KNISJA, AFDATA F’IDEJN IL-PAPA (ikun min ikun).

Rafel jiġifieri ‘Alla jfejjaq’.

Rafel jiġi invokat f’ċirkostanzi ta’ mard, u meta persuna tkun se tivvjaġġa.

Gabriel jiġifieri ‘Il-qawwa tiegħi hi Alla’.

L-arkanġlu Gabriel huwa magħruf l-aktar għax huwa l-ħabbar (il-messagġier) ta’ Alla’.

L-importanza tal-Festa lit-tliet Arkanġli tas-Sema

Din il-Festa tallum tfakkarna għalhekk li:

  • Fil-mixja tagħna lejn is-Sema pajjiżna QATT MA AĦNA WAĦEDNA
  • Fil-mumenti li fihom inħossuna assedjati mil-ħażen, hemm dawn l-Arkanġli (l-aktar San Mikiel) li qiegħed jgħinna noħorġu rebbieħin;
  • Fil-mumenti ta’ mard tal-ġisem u dawk tar-ruħ, Alla dejjem lest li jagħtina l-fejqan, l-aktar permezz tal-Arkanġlu Rafel;
  • Fil-mumenti meta nħossu li l-forzi tal-ħażen qegħdin minn fuq, niftakru li m’hemm ħadd li huwa aqwa u aktar qawwi minn Alla.

Nagħmlu dejjem kuraġġ

L-aħwa NAGĦMLU KURAĠĠ għax f’din il-battalja li ninsabu fiha għandna mhux il-forzi tan-Nato li qegħdin jgħinuna u jibgħatulna s-suldati u l-armamenti, imma GĦANDNA l-FORZI KOLLHA TAS-SEMA MAGĦNA.

DAN IFISSER LI MHUX IL-BOGĦOD, IR-REBĦA TAT-TAJJEB FUQ IL-ĦAŻIN SE TKUN THE NEW WAY OF LIVING.

Għax ir-rebħa hi fil-qrib

Ahhhhhhh kemm ikun qiegħed jintlagħab mid-demonju minn bħalissa jaħbat jaqta’ qalbu għax jara wisq ħażen madwaru.

Huwa minnu li d-demonju u l-anġli ribelli jgħinuk tassew titla’ ‘l fuq, jistgħu jaslu li jagħtuk dak li trid issa fl-immedjat, IMMA DAN JAGĦMLUH BISS BIEX IL-WAQA’ TIEGĦEK TKUN AKTAR EVIDENTI GĦAL KULĦADD.

X’UMILJAZJONI MBAGĦAD, u kemm tkun tixtieq li l-art tibilgħek.

Għamiltha tal-hero u tal-modern. Ħsibt li moħħok ‘miftuħ’ u li ‘ħadd’ ma jista’ għalik, u ara issa kif sirt ir-raġuni biex kulħadd jidħaq bik.

L-AĦWA, MA NAQTGĦU QALBNA QATT GĦAX MIN HU DAQS ALLA ?

ĦADD, ĦADD U ĦADD.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading