Ibqgħu sħaħ sal-aħħar

Kitba ta’ P. Juan De Bono ocd

Ġesu’ llum qiegħed ifakkarna ħaġa MPORTANTI
“JEKK TIBQGĦU SĦAĦ SAL-AĦĦAR ISSALVAW ĦAJJITKOM”

Bil-Malti ngħidu IT-TIĠRIJA SAL-BARKUN

Li jgħodd mhux li tagħmel passi ta’ ġgant meta int bniedem u l-pass tiegħek hu dak li hu, imma għamel pass wara pass u tasal SAL-AĦĦAR ŻGUR.

Il-bieraħ waqt li kont qiegħed naqta’ l-larinġ, larinġ ħelu u l-lumi nnutajt dawn il-lumi żgħar u ħelwin li għadhom jibdew il-mixja tagħhom biex isiru lumi kbar u sbieħ.

JEKK DAWN IL-LUMI JIBQGĦU MWAĦĦLA SEWWA MAZ-ZOKK, DAWN EVENTWALMENT IKUNU LUMI MIMLIJA MERAQ. Jekk jitqaxtu minn maz-zokk, jibqgħu żgħar u mingħajr meraq. Ikunu u jibqgħu qoxra biss.

Oh l-aħwa, kemm mgħammnda warrbu l-fidi u qegħdin igħixu daqlikieku qatt ma rċevew il-magħmudija, daqslikieku m’humiex ulied speċjali ta’ Alla !

Kemm mgħammnda baqgħu lumi żgħar u ħelwin, imma li QATT MA SARU LUMI SBIEĦ U MIMLIJA MERAQ!!!!!

Iva ma niddubitax li baqgħu jgħixu ħajja tajba, imma qegħdin igħixu ‘l bogħod mis-sagramenti. Ilhom ma jqerru snin, jew ilhom ma jagħmlu qrara tajba u tassew niedma mid-dnubiet tagħhom snin, jew ilhom ma jisimgħu quddiesa x-xhur.

Il-persekuzjonijiet għal min jemmen se jkunu ĦAFNA, se jgħadduna bħala MOĦĦNA MAGĦLUQ, LI BQAJNA LURA U MA AĠĠORNAJNIX RUĦNA, li d-dinja li ngħixu fiha aħna għadda żmienha, u kkrollat, li ż-żwieġ huwa sagrament bejn raġel wieħed u mara waħda hija xi ħaġa tal-passat, li ‘partner’ u ‘mara/raġel’ hi l-istess, li taħli kwarta fuq il-mobile waqt li l-imgħallem qiegħed joħroġlok il-paga huwa aċċettabli, li ma ċċediex meta tkun qiegħed issuq huwa normali u miljun ħaġa oħra.

Ġesu’ qiegħed igħidilna ċar u tond illum li “JEKK TIBQGĦU SĦAĦ SAL-AĦĦAR ISSALVAW ĦAJJITKOM”

NIBQGĦU NĦARSU ‘L QUDDIEM U NIDDENDLU MAL-MANT TA’ MARIJA ĦALLI HI TKAXKARNA LEJN IS-SEMA PAJJIŻNA.

Meta d-dinja twasslek fil-ħama, meta tkun mgħotti bil-ħama minn rasek sa saqajk, id-dinja flok tgħinek tinqala mil-ħama, tkompli tniżżlek u tħammarlek wiċċek.

Alla le mhux hekk jimxi magħna, jgħidilna li t-triq hi dejqa, imma dik it-triq dejqa twassal għal paċi sħiħa u li me jeħodilna ħadd.

“JEKK TIBQGĦU SĦAĦ SAL-AĦĦAR ISSALVAW ĦAJJITKOM”

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading