Niggranfaw ma’ Ġesu’ u nibqgħu taħt il-mant ta’ Marija

Kitba ta’ Patri Juan De Bono ocd

Nifhem li wara l-blog li tellajna lbieraħ, issib min jgħid (u ħafna oħrajn li ma jgħidu xejn) li huma XETTIĊI LI S-SIGRIETI GĦAD ISEĦĦU….

44 sena huma għomor ta’ bniedem u jekk kellhom iseħħu misshom ilhom li seħħew…..

Imma fil-fatt lanqas huma 44 sena, imma aktar għax dawn l-għaxar sigrieti jorbtu mat-tielet sigriet ta’ Fatima, li parti minnu biss seħħ.

INSEW GĦAL MUMENT MEDJUGORJE…..

Dawn is-sigriti huma marbuta jew ma ġrajjiet naturali li se jseħħu, jew ma ġrajjiet u diżgrazzji li l-bniedem se jġib fuq l-umanita’ hu nnifsu.

Mela fejn jidħlu ġrajjiet naturali, dawk aħna ma għandniex kontrol fuqhom. Jekk nagħtu kas jisplodi l-Vessuvju, li hija muntanja attiva imma li ilha ma jkollha eruzjoni mijiet ta’ snin, dak aħna ma għandniex kontrol fuqu jekk din jasal il-mument li din ikollha eruzjoni.

Jekk jisplodu l-Vessuvju anki Malta nistgħu niġu affettwati.

Imma apparti ġrajjiet marbuta man-natura ejjew nħarsu madwarna u naraw lil din is-soċjeta’ li waqt li qiegħdha ssuq qiegħdha tniżżel u titfa’ f’demmha flixkun wara l-ieħor tal-wiskey, ‘il fejn sejra…..

INT X’TISTENNA LI SE JIĠRI ?

TGĦIDLI IMMA JIENA XETTIKU LI MIN QIEGĦED ISUQ TAĦT L-EFFETT TAL-ALKOĦOL SE JKOLLU INĊIDENT…..

U MHUX HEKK INGĦIDU….

Għiduli min fejn se jgħaddi dan is-sewwieq xurban ħalli ma noqgħodx fit-triq.

L-għerq tal-problema tas-sitwazjoni li fiha wasalna fejn wasalna HIJA D-DNUB, HIJA X-XEWQA TAL-BNIEDEM LI JAGĦMILHA TA’ alla, LI MA JRID LI JINDAĦALLU ĦADD.

U allura:

  • Fit-toroq bosta jsuqu qishom huma biss jeżistu fid-dinja;
  • Tnejn jiżżewġu biċ-ċivil bla ma jiżżewġu fil-Knisja (fejn iż-żewġ mgħammnda qegħdin isejħu lil Alla biex ikun il-partner tagħhom);
  • Fejn ‘partner’ irriplaċjajt it-terminu ‘ir-raġel’ jew ‘ŻEWĠI’, u ‘il-mara’ jew ‘MARTI’;
  • Fejn koppja taħsibha darbtejn qabel ma jkollha tarbija ġdida;
  • Fejn il-paga tiġi qabel l-imħabba li taqdi lill oħrajn bix-xogħol;
  • Fejn iż-żwieġ bejn mara waħda u raġel wieħed sal-mewt, sar biss wieħed mil-modi kif tnejn jistgħu jkunu ta’ xulxin;
  • Il-flus isiru L-UNIKU raġuni ta’ transazjoni;
  • Fejn id-droga qerrieda bħal kokajina hija komuni u tintuża minn kull klassi tas-soċjeta’ qishom qegħdin jixorbu tazza ilma;
  • Fejn huwa diffiċli li ż-żagħżugħ jew żagħżugħa jwieġbu għas-sejħa li Alla jkun qiegħed jagħmlilhom għal ħajja reliġjuża;
  • Pajjiżi kbar jiftaħru kemm għandhom armi nuklejari potenti. Fejn pajjiżi bħar-Russja u l-Amerika jiftaħru li għanhom madwar 8,000 bomba nuklejari bejniethom, u kull waħda minn dawn tista’ teqred tliet kwarti ta’ artijiet kbar bħal Sqallija b’miljuni ta’ mwiet…

U L-LISTA MA TIEQAFX

U INT TIBQA’ XETTIKU ?

U mhux hekk ingħidu.

JIENA NEMMEN BIL-QAWWA KOLLHA THAT WE ARE HEADING TO A DEATH END

IMMA JIENA NEMMEN UKOLL LI DAWK LI SE JKUNU IGGRANFATI MA’ KRISTU U JIBQGĦU TAĦT IL-MANT TA’ MARIJA SA MA DAWN L-GĦAXAR SIGRIET JSEĦĦU, SE JSALVAW BĦALMA SALVA NOE’ U L-FAMILJA TIEGĦU.

MARIJA QIEGĦDHA TITLOBNA NITOLBU, NITOLBU, NSUMU U NSUMU GĦAX HIJA L-QALB TAL-BNIEDEM LI TRID TINBIDEL BIEX DAWN IS-SIGRIETI LI SE JASLU FUQNA JITNAQSSU MIL-POTENZA QERRIEDA TAGĦHOM.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading