Ħsieb dwar il-messaġġ tal-Papa Ljun XIV waqt l-Angelus fis-6 Ħadd matul is-sena

Kitba ta’ Daniel Borg

Il-Vanġelu tal-lum (Mt 5:17-37) hu parti mid-diskors tal-muntanja, fejn Ġesu’ jistedinna għal ħajja aħjar. Fl-Angelus il-Papa jgħidilna li l-vera ġustizzja hi l-imħabba, u li f’kull kmandament rridu nfittxu dan il-bżonn tal-imħabba.

Infatti l-Papa jgħidilna li l-qtil ta’ persuna jista’ jkun mhux biss dak fiżiku. Nistgħu noqtlu persuna wkoll bil-kliem jew billi ma nirrispettawx id-dinjita’ tiegħu jew tagħha (vv. 21-22). Ġesu jagħti wkoll tifsira iktar profonda lill-fedelta’. Il-Papa jgħidilna li f’ relazzjoni l-fedelta’ tinkludi wkoll it-tjubija lejn xulxin, is-smigħ, ir-rispett, li tieħu ħsieb xulxin, u li koppja timxi ma’ xulxin fi proġett komuni ( vv. 27-28.31-32). Ma’ dawn il-Papa jgħidilna li nistgħu nżidu ħafna oħrajn. Imma t-tagħlima l-iktar importanti li jħallilna l-Vanġelu hu li ma għandniex bżonn ġustizzja minima (sempliċement biex inkunu obdejna kmandament), imma mħabba kbira, li tista’ sseħħ biss bill-grazzja ta’ Alla, minħabba d-dgħufija kbira tagħna.

Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid027TeoEAkiqYH9QCvBYEz33jYX3qZbksAomzGT1kWz8bfDDuYvttiUgGBMvhHc66H3l

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading