Kitba ta’ Patri Juan De Bono ocd
L-isqfijiet tagħna (u allura l-Knisja f’Malta) qiegħdha TISTEDINNA BIEX NIMLEW IL-FORMOLA għad-donazjoni tal-organi.
Ara jew isma l-Pastorali tal-Isqfijiet Maltin għar-Randan 2026 …

Anki jekk jiena ili snin twal kull tliet xhur nagħti d-demm (bi kważi mitt donazjoni s’issa) kont dejjem b’danakollu ntella’ u nniżżel nimliex din il-formola għad-donazjoni tal-organi jew le, u b’dispjaċir nistqar li bqajt qatt ma mlejtha.
Imma sakemm għadek ħaj (la qiegħed/qiegħdha taqra din il-post, allura sinjal li int għadek ħaj/ħajja) GĦADEK FIL-ĦIN LI TIMLIEHA.
GħALHEKK ISSA STESS GĦAFAS FUQ IL-LINK LI SE NGĦADDILKOM, U IMLEW DIN IL-FORMOLA ISSA.
Tinsiex TOMORROW NEVER COMES.
ISSA MLIEHA U MHUX GĦADA.
Ġesu’ qalilna ‘kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont għeri u libbistuni, kont il-ħabs u marid u ġejtu żżuruni’.
Insomma ‘kelli bżonn organu minn ġismek u TAJTULI’
IDĦOL FIS-SALTNA TAS-SEMA ISSA …
Imla l-formola hawn taħt, issa stess (meta jitolbok log in, idħol fis-sistema permezz tal-eid):