V… Alla l-Missier jimla l-għatx u l-ġuħ tagħna bil-Ġisem u d-Demm qaddis ta’ Ibnu. Induru f’talba ħerqana lejh u ngħidu flimkien: Mulej, ismagħna.
1. Nitolbu għall-mexxejja tal-Knisja biex it-tagħlim tagħhom isaħħaħ l-imħabba u l-apprezzament lejn l-Ewkaristija u jgħinhom isibu fiha l-qawwa li jkunu l-Ġisem ta’ Kristu fid-dinja tal-lum. Nitolbu
2. Nitolbu għall-mexxejja tad-dinja biex ma jfittxux il-ġid personali tagħhom imma jużaw il-kapaċitajiet u l-poter li għandhom għall-ġid tal-umanità. Nitolbu
3. Nitolbu għal min qiegeħd ibati l-ġuħ u jinsab fil-periferiji tas-soċjetà biex isibu fina persuni li jkunu lesti li naqsmu magħhom il-ġid u r-riżorsi li għandna. Nitolbu
4. Nitolbu għalina lkoll biex niġu trasformati mill-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu, u nsiru aġenti ta’ fejqan u rikonċiljazzjoni fis-soċjetà. Nitolbu
V… O Missier ħanin, inti titmagħna bil-Ġisem u d-Demm ta’ Ibnek. Agħmel li nkunu lesti li nilqgħu din l-imħabba kbira li Ġesù wriena meta ta lilu nnifsu għas-salvazzjoni tagħna u bħalu nkunu lesti li ningħataw b’ġenerożità għall-ġid tal-oħrajn. Dan nitolbuh bi Kristu Sidna.