Il-Mirakli Ewkaristiċi (112)

minn Manwel Cutajar

Il-Mirakli Ewkaristiċi fit-tagħlim tad-Dutturi tal-Knisja Kattolika(8)

Santa Thérèse ta’ Lisieux, fi Franza

Santa Thérèse, soru Karmelitana Skalza,u Duttur tal-Knisja, magħrufa bħala l-“Fjura Ċkejkna ta’ Ġesù” ma kitbitx dwar Mirakli Ewkaristiċi Esterni.Minflok,il-kitbiet tagħha,l-aktar magħrufa fl-awtobijografija tagħha,Histoire d’une âme (Storja ta’ Ruħ) jiffokaw b’mod intens fuq il-Miraklu profond intern u mistiku tal-Ewkaristija.

 L-espressjonijiet primarji ta’ dal-“miraklu Ewkaristiku” intern fil-kitbiet tagħha jinkludu:

  1. Il-Miraklu tal-“Fużjoni” (L-Ewwel Tqarbina)

Fi Storja ta’ RuħThérèse tiddeskrivi l-Ewwel Tqarbina  tagħha fit-8 ta’ Mejju 1884,mhux bħala sempliċi ritwal jew ċerimonja reliġjuża iżda bħala għaqda mistika sħiħa ma’ Ġesù:

L-Għejbien tal-Jien:Hija kitbet li l-ewwel Tqarbina tagħha ħassitha bħal “fużjoni” .

L-Analoġija ta’ Qatra ilma:Hija qabblet lilha nfisha ma’ qatra ilma mitlufa fl-immensità tal-oċean, fejn “Ġesù biss baqa’; Huwa kien l-Imgħallem,is-Sultan.

Thérèse  wżat l-analoġija ta’ qatra ilma f’oċean jew forn tan-nar f’żewġ kuntesti spiritwali distinti:

1. L-Għaqda ma’ Ġesù fl-Ewwel Tqarbina

L-Analoġija: Meta ddeskriviet il-mument tal-Ewwel Tqarbina tagħha Thérèse kitbet li kienet fużjoni sħiħa aktar milli laqgħa sempliċi:“Ma konniex aktar tnejn, għax Thérèse kienet sparixxiet bħal qatra ilma mitlufa fl-oċean setgħan. Ġesù biss baqa’ — l-Imgħallem u s-Sultan”.

It-Tifsira: Tirrappreżenta għaqda mistika fejn ir-ruħ tal-bniedem tinsa lilha nnifisha, titlef l-identità separata u fraġli tagħha billi tiġi mgħaddsa u trasformata kompletament fl-Imħabba u l-Preżenza infinita ta’ Kristu.

2. Id-Dnub tal-Bniedem vs. il-Ħniena t’Alla (Il-Qatra fil-Forn tan-Nar)

L-Analoġija:Meta tkellmet lejn tmiem ħajjitha ma’ oħtha Léonie Thérèse esprimiet fiduċja SĦIĦA fil-ħniena t’Alla: “Tista’ tassew tgħid li kieku għamilt id-delitti kollha possibbli, xorta jkolli l-istess fiduċja; kont inħoss li dil-kotra ta’ reati tkun bħal qatra ilma mitfugħa f’forn jaqbad.”

It-Tifsira: Tenfasizza l-iskala infinita tal-ħniena t’Alla meta mqabbla mad-dgħufija umana. Anke akkumulazzjoni massiva ta’ dnubiet tiġi kkunsmata mall-ewwel, megħluba,u newtralizzata kompletament meta tintefa’ fil-forn immens u jaqbad tal-Imħabba u l-Maħfra t’Alla

2. Trasformazzjoni ta’ Kuljum u s-Santwarju tar-Ruħ

Thérèse spiss innutat il-miraklu ta’ kuljum tal-artal. Hija tenfasizza li l-għan aħħari ta’ Kristu li niżel mis-Sema huwa li jgħammar fil-qalb tal-bniedem:

Is-Sema Vera: Thérèse kitbet: “Mhux biex joqgħod f’pissidi tad-deheb li Ġesù jinżel mis-sema kuljum, iżda pjuttost biex isib Sema oħra, dik tar-ruħ tagħna…”

3. L-Oblazzjoni (L-Offerta)lill-Imħabba Ħanina

Fit-talba tagħha,l-Att ta’ Offerta lill-Imħabba Ħanina (li tinsab fi Storja ta’ Ruħ), Thérèse titlob lil Alla biex ikun il-qdusija tagħha direttament. Hija talba fundamentali u punt ta’ bidla teoloġika miktuba minn Thérèsefid-9 ta’ Ġunju 1895, waqt il-Festa tat-Trinità Divina.

Tabernaklu Ħaj: Hija titlob lil Ġesù biex jikkonsmaha kompletament sabiex l-azzjonijiet tagħha ma jibqgħux tagħha, iżda jsiru Tiegħu. L-istudjużi jidentifikaw din il-petizzjoni bħala l-“miraklu Ewkaristiku” mgħajjex tagħha—bix-xewqa li ssir  kontinwazzjoni u ħajja tas-Sagrament Imqaddes.

4. It-Tfigħ tal-Petali lejn l-Ostensorju-Devozzjoni u Purċissjonijiet:

Hija kienet tgħożż id-devozzjoni Ewkaristika pubblika u privata, u ssib ferħ profond fil-sehem tagħha fil-purċissjonijiet tal-parroċċa jew fil-kunvent tagħha—bħal meta titfa’ petali tal-fjuri lejn l-Ostensorju Sagru waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Corpus Christi

Thérèse fakkret is-sehem tagħha fit-tfulitha fil-purċissjonijiet ta’ Corpus b’realiżmu teoloġiku immens aktar milli sentimentaliżmu:

 “Tmiss lil Alla”:hekk kitbet dwar meta tefgħet petali tal-ward kemm setgħet, u esperjenzat ferħ kbir meta l-petali tagħha messu l-Ostensorju Sagru.

Santa Hildagard ta’ Bingen, fil-Ġermanja

Santa Hildagard, kienet Badessa Benedittina  kittieba, kompożitriċi, filosfa, u Duttur mal-Knisja. Hija meqjusa bħala waħda mill-aktar nisa intellettwali u polimati (persuni ta’ għerf mifrux) li spikkaw fl-Era Medjevali. Hija ma rreġistratx dak li t-teoloġija moderna tikklassifika bħala “miraklu Ewkaristiku” lokalizzat (bħal Ostja li fiżikament tinbidel f’laħam li jfejjaq). Minflok, fil-kapolavur teoloġiku tagħha Scivias (Kun Af it-Triqiet ta’ Alla), hija ddeskriviet il-miraklu mistiku universali li jseħħ f’kull Quddiesa fil-Konsagrazzjoni waqt il-quddiesa.

Il-Ħames stati tal-erwieħ waqt it-Tqarbin li dehru minn Santa Hildagard

Fis-silta tagħha mill-ktieb Scivias (fit-Tieni Ktieb, is-Sitt Viżjoni:(Is-Sagrifiċċju ta’ Kristu u l-Knisja fil-kapitli 52-26),Santa Hildagard  tispjega li, filwaqt li n-nies jersqu biex jirċievu l-Ewkaristija, huma jidhru f’ħames modi jew stati differenti ta’ esseri (jew dispożizzjonijiet tal-fidi u tar-ruħ), skont il-kundizzjoni spiritwali tagħhom.

Il-kwotazzjoni preċiża ta’ dis-silta:

 “Smajt leħen minn hemm jgħid: ‘Kul u ixorbu l-ġisem u d-demm ta’ Ibni biex tħassar it-trasgressjoni ta’ Eva, sabiex tkunu tistgħu terġgħu lura għall-wirt nobbli.’ U hekk kif nies oħra resqu lejn is-saċerdot biex jirċievu s-sagrament, innotajt ħames modi ta’ kif ikunu fihom. Għax xi wħud kienu jleqqu fil-ġisem u n-nar fir-ruħ, u oħrajn dehru ċari fil-ġisem u mdallmin fir-ruħ; xi wħud kienu mxaqilbin fil-ġisem u dehru maħmuġin fir-ruħ, għax kienet mimlija tinġis uman mhux nadif; oħrajn kienu mdawrin fil-ġisem b’xewk jaqta’ u lebbrużi fir-ruħ; u oħrajn dehru mdemmija fil-ġisem u maħmuġin bħal katavru mħassar fir-ruħ. U dawn kollha rċevew l-istess Sagrament; u kif għamlu dan, xi wħud kienu mgħottija b’dija tan-nar, imma l-oħrajn kienu mgħottija b’sħaba mudlama.” -Santa Ildegarda ta’ Bingen.

Fit-test oriġinal bil-Latin, Hildagard tiddiskrivi ħames ta’ stati ta’ bnedmin resqin lejn l-Ewkaristija Divina:

1.  Vero Lucidi corpore et ignee anima  (bil-Malti: Ġisem jiddi u ruħ taqbad bin-nar) Dawn huma dawk l-bnedmin li jinsabu f’komunjoni sħiħa u qaddisa ma’ Alla. Huma mimlijin bid-dawl tal-fidi, b’imħabba kbira lejn is-Sagrament. u b’karità ħajja, u b’xewqa kbira għall-affarijiet tas-sema. Meta rċevew is-Sagrament, huma ġew mgħammda f’imdawla b’dawl  ta’ nar Divin. Huma mimlija bl-Ispirtu s-Santu,u l-Tqarbina  tagħtihom dawl u saħħa spiritwali akbar.

Dawn l-bnedmin għandhom fidi profonda, u mħabba safja għal Alla.M’għandhom l-ebda dubju li l-Ewkaristija hija tassew il-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu.

  • L-Effetti: Jidhru fiżikament luminużi u huma mqanqlin bid-don tan-nar tal-Ispirtu s-Santu, jiċħdu l-affarijiet tad-dinja biex jixxennqu għal dawk tas-sema. Huma jirċievu benefiċċju spiritwali u qdusija immensa.
  • 2. Alii Vero pallidi corpore et umbrosa anima (bil-Malti: Oħrajn kellhom Ġisem pallidu u ruħ fid-dell: Dawn huma dawk in-nies li għadhom fi stat ta’ grazzja, iżda l-fidi tagħhom hija dgħajfa jew bierda. Għalkemm jisimgħu l-Kelma ta’ Alla mingħajr ma jifhmuha jew jgħixuha. Huma xorta waħda jirċievu l-Tqarbin b’mod denju u s-Sagrament iġibilhom ġid spiritwali

L-Effetti: Billi nieqsa kemxejn mill-Fidi, jirċievu s-Sagrament b’ruħ mudlama u mgħottija, u jibqgħu mitfugħin taħt sħaba spiritwali, iżda jibqgħu taħt il-Grazzja u l-ħniena tal-Ewkaristija Divina.

3. Alii vero pilosi corpore et sordida anima (Bil-Malti Oħrajn ikunu b’Ġisem bix-xagħar u ruħ maħmuġa)

Dawn jirrappreżentaw lil dawk li huma mċappsa mill-vizzji u mill-pjaċiri tad-dinja. Huma jersqu lejn l-artal mingħajr ma jindmu sinċerament, u minħabba f’hekk, it-Tqarbina ma tagħmlilhomx ġid.

L-Effett: Minħabba li jersqu lejn l-artal mingħajr indiema xierqa,is-Sagrament ikun imċajpar mill-impurità interna tagħhom.

4. Alii vero spinis acutis corpore circumdados et leprosos anima. (Bil-Malti:Oħrajn ikollhom Ġisem kollu xewk u ruħ lebbruża)

Dawn huma nies maħkuma mir-rabja, mill-għira u mill-mibegħda. Ix-xewk jissimbolizza kif huma jkeċċu l-karità u l-ħlewwa. Huma jinsabu f’kundizzjoni ta’ dnub mejjet, u t-Tqarbina tagħmlilhom ħsara kbira spiritwali.

L-Effetti: Il-marda spiritwali interna tagħhom (issimbolizzata mil-lebbra spiritwali) tikkawża li r-riċeviment tal-Ewkaristija jġib miegħu kriżi spiritwali, rabja u disperazzoni aktar milli fejqan.

5. (Alii sanguinei corpore et fetidi sicut morticinum in anima (bil-Malti:Oħrajn ikollhom Ġisem imdemmi u midmub u ruħ bħal ġisem mejjet)

Dal-aħħar grupp jirreferi għal dawk li jgħixu fi dnub mejjet u u ma jindmux—speċifikament dawk li “jagħmlu firdiet fost in-nies b’id imdemmija” (bħal mibegħda, vjolenza, jew qtil). Dawn huma dawk li rrifjutaw għalkollox il-Liġi ta’ Alla u jgħixu f’korruzzjoni spiritwali sħiħa. Huma jersqu b’mod xokkanti u b’disprezz sħiħ lejn l-Ewkaristija Divina .

L-Effett: Li wieħed jersaq lejn l-Ewkaristija waqt li jkun  fid-dnub mejjet jirriżulta fi ġrieħi spiritwali severi u sagrileġġ.

  • F’din il-viżjoni, Santa Hildagard tosserva li filwaqt li l-ħames tipi ta’ nies kollha rċevew l-istess Sagrament qaddis, l-effett fuqhom kien differenti: l-erwieħ miftuħa għal Alla mtlew bid-dawl, filwaqt li l-oħrajn baqgħu mgħottija minn sħaba dlam

Madankollu, Hildgard tinnota li l-“għajn tas-salvazzjoni” xorta tfur għalihom jekk jagħżlu li jindmu permezz ta’ penitenza u l-qrar.

Wieħed irid jiftakar li  Il-Ħniena ta’ Alla hi  bil-wisq akbar minn kull dnub li wieħed jista’ jkun għamel.

  • L-ebda dnub tal-bniedem ma qatt jista’ jissupera l-Imħabba u l-Ħniena ta’ Alla.
  • Tagħrif Storiku dwar din id-dehra ta’ Santa Hildagard
  • Fis-sena1147, Il-Papa Ewġenju III awtentika u approva formalment il-kitbiet viżjonarji ta’ Santa Hildagard ta’ Bingen fis-Sinodu ta’ Trier. Megħjun mit-teologu influwenti Bernard ta’ Clairvaux, il-Papa qara siltiet mill-kapolavur teoloġiku mhux lest tagħha ta’ Hildagard, Scivias ( Kun Af it-Triq ). Imqanqal profondament, iddikjara li l-esperjenzi tagħha kienu ġenwini,u  bagħatilha l-barka Papali tiegħu, u ordnalha tkompli tikteb u tippriedka l-viżjonijiet tagħha pubblikament.

Matul dan is-sinodu, il-Papa Ewġenju III kellu partijiet mix-xogħol teoloġiku primarju tagħha, Scivias (li fih hija rreġistrata din il-viżjoni Ewkaristika), jinqraw b’leħen għoli lill-Prelati tal-assemblea u formalment taha l-approvazzjoni u l-barka Papali tiegħu biex tkompli tikteb ir-rivelazzjonijiet tagħha.

Sekli wara, il-wirt spiritwali sħiħ u t-tagħlim ta’ Santa Hildagard ġew verifikati universalment meta l-Papa Benedittu XVI uffiċjalment ikkanonizzaha u ddikjaraha Duttur tal-Knisja Universali fis-7 ta’ Ottubru 2012.

  • Santa Hildegard ta’ Bingen,

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?