Home > Aħbarijiet > Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof f’Mejju

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof f’Mejju


Kalendarju ta’ Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mill-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta għal matul ix-xahar ta’ Mejju 2017.

Capture1

It‑Tnejn l‑1 ta’ Mejju 2017, fl‑10:00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi djalogu u wara jiċċelebra Quddiesa fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal-Virtù.

Is‑Sibt 6 ta’ Mejju, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jikkonsagra l‑artal u l‑Knisja tal‑Iklin.

It‑Tnejn 8 ta’ Mejju, Festa tal‑Madonna ta’ Pompej, f’nofsinhar, Monsinjur Arċisqof jitlob s‑Supplika tal‑Madonna ta’ Pompej, fil‑Knisja tal‑Ġiżwiti, il‑Belt Valletta. Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑pellegrinaġġ tradizzjonali u fis‑7:00 p.m. jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja tal‑Madonna ta’ Pompej, Marsaxlokk. Il‑Quddiesa ser tiġi mxandra ‘live’ fuq Radju Marija.

Il‑Ġimgħa 19 ta’ Mejju, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑ministeru tal‑lettorat lil erba’ seminaristi fis‑Seminarju tal‑Arċisqof.

Is‑Sibt 20 ta’ Mejju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Qrar, u fis‑6:30 p.m. jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali tan‑Naxxar, fil‑bidu tal‑Viżta Pastorali fil‑parroċċa tan‑Naxxar.

Il‑Ħadd 21 ta’ Mejju, fit‑8:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali tan‑Naxxar u jiltaqa’ ma’ dawk preżenti, bħala parti mill‑Viżta Pastorali. Fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Fr Reuben Micallef bħala l‑Kappillan il‑ġdid ta’ Pembroke.

L‑Erbgħa 24 ta’ Mejju, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof fil‑Helen Keller Institute, il‑Qrendi.

Is‑Sibt 27 ta’ Mejju, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Lejlet il‑Festa ta’ Marija Annunzjata, f’Ħal Tarxien.

Il‑Ħadd 28 ta’ Mejju, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Festa tal‑Madonna ta’ Fatima fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Gwardamangia. Fis‑6:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Fr Rene Vella bħala l‑Kappillan il‑ġdid tal‑Imtarfa.

It‑Tnejn 29 ta’ Mejju, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Kirkop, fl‑okkażjoni tal‑425 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Parroċċa.

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: