Home > Aħbarijiet > Il-Papa Franġisku: “Bosta persuni ħallsu b’ħajjithom fil-ġlieda kontra l-mafja”

Il-Papa Franġisku: “Bosta persuni ħallsu b’ħajjithom fil-ġlieda kontra l-mafja”


Il-Ħamis, 21 ta’ Settembru 2017:  L-ewwel ħsieb tal-Papa Franġisku waqt udjenza li kellu fil-Vatikan mal-kummissjoni parlamentari Taljana kontra l-mafja, kien dwar il-bosta persuni Taljani li ħallsu b’ħajjithom fil-ġlieda kontra l-mafja. Franġisku fakkar tlieta partikolari: it-tlett maġistrati Rosario Livatino, Giovanni Falcone u Paolo Borsellino.

 

 

Imbagħad ipponta sebgħu lejn il-kriżi morali li llum qed tolqot lill-persuni u lill-istituzzjonijiet.  Għaldaqstant il-Papa stieden lil-membri tal-kummissjoni biex jibdew “mill-qalb tal-bniedem” u jgħassu lill-persuna umana li hi esposta għat-tentanzzjonijiet tal-opportuniżmu, ingann u frodi.  Il-persuna umana hi esposta wkoll, kompla l-Papa, għat-tentazzjoni li tikkuntenta biha nfisha u għall-pretensjoni li r-regoli tagħmilhom hi.

Kawża ta’ dan kollu, kienet l-akkuża li għamel il-Papa, hi l-politika mgħawġa li tħares biss lejn interessi partikolari u tagħmel ftehim ftit li xejn trasparenti.

B’hekk, żied jgħid, naslu biex noħonqu l-kuxjenza, il-ħażen naċċettawh bħala ħaġa ordinarja, ma nibqgħux nagħmlu distinzjoni bejn il-verità u l-gibda u napprofittaw ruħna meta jkollna rwol ta’ responsabbiltà pubblika

Bil-maqlub ta’ dan, issokta Franġisku, il-politika awtentika tħoss li għaliha hi projorità li tiġġieled lill-mafja li tisraq il-ġid komuni u titfi t-tama u d-dinjità tal-persuni.

Għalhekk hu deċisiv li wieħed jeħodha b’kull mod kontra l-problema gravi tal-korruzzjoni, li tiddisprezza l-interessi tal-pubbliku u ssir art għammiela li fiha l-mafja titkattar għax iddur fuq il-fus tal-idolatrija tal-flus filwaqt li d-dinjità umana tirrendiha oġġett tas-suq.

Il-korruzzjoni dejjem issib mod kif tiġġustifika lilha nfisha għax turi ruħha bħala “kundizzjoni normali”, soluzzjoni għal min moħħu jilħaqlu u t-triq li wieħed jgħaddi minnha biex jasal għall-għanijiet tiegħu.

Il-korruzzjoni, saħaq il-Papa, tittieħed u hi parassita għax ma tgħixx minn fuq il-prodott it-tajjeb imma minn kemm tisraq u taħtaf.  Hi għerq velenuż li jmarrad il-kompetizzjoni sana u jbiegħed l-investimenti.

Iżda l-ġlieda kontra l-mafja, irrikmanda Franġisku, mhix biss li trażżan imma wkoll li tnaddaf, tittrasforma, tibni bl-impenn fuq livell politiku, biex ikun hemm ġustizzja soċjali akbar, għax għall-mafja hi ħaġa faċli li turi ruħha bħala sistema alternattiv fil-postijiet fejn id-drittijiet huma mirfusa u fejn l-opportunitajiet tax-xogħol, id-dritt għal darek, l-edukazzjoni u l-għajnuna tas-saħħa huma dgħajfa.

Ma’ dan irid jiżdied impenn fuq livell ta’ “ekonomija” biex ikunu koreġuti jew meqruda l-mekkaniżmi li jikkawżaw in-nuqqas ta’ ugwaljanza u l-faqar.

Illum, issokta Franġisku, ma nistgħux nitkellmu dwar il-ġlieda kontra l-mafja mingħajr ma nqanqlu l-problema enormi tal-finanza li tiddomina fuq ir-regoli demokratiċi kollha.  Bis-saħħa t’hekk ir-realtajiet kriminali jitakttru għax jafu jaħslu l-profitti kbar li jdaħħlu mit-traffikar tad-drogi, tal-armi, tal-persuni, mill-kuntratti tar-rimi tal-iskart tossiku, mill-kuntratti tal-proġetti publiċi, mill-logħob tal-ażżard, mill-kutrabandu.

Imma, isokta Franġisku, il-veru ħelsien mill-mafja jibda bil-ħolqien ta’ kuxjenza ċivili ġdida.

Hemm bżonn verament ta’ edukazzjoni u kontroll fuqna nfusna u fuq il-kuntest li

fih bniedem jgħix, billi nagħrfu mill-ewwel liema huma l-fenomeni tal-korruzzjoni u billi naħdmu biex inkunu ċittadini differenti, jiġifieri li nieħdu kura u nkunu responsabbli għall-oħrajn u għall-ġid komuni.

Il-Papa kellu kliem ta’ tifħir għal-liġijiet Taljani kontra l-mafja u semma l-fatt li dak li qed jiġi konfiskat lil dawn l-organiżżażjonijiet kriminali qed imur biex jinħolqu proġetti soċjali, li huma tagħlim għall-ħajja kemm għaż-żgħażagħ li jimpenjaw ruħhom fihom kif ukoll għall-persuni anzjani, foqra u svantaġġjatil li f’dawn il-postijiet isibu min jilqagħhom, iservihom u jtihom id-dinjità.

Il-Papa ma nesiex lanqas lil dawk il-persuni kuraġġużi li b’riskju kbir għalihom u għall-qrabathom jiddeċidu li jikkollaboraw mal-ġustizzja għax jikxfu l-vjolenza li jkunu raw b’għajnejhom stess.

Jeħtieġ jinstab mod kif persuna li ma tkunx imċappsa, imma li ġejja minn familja jew ambjenti mafjużi, tkun tista’ toħroġ mis-sitwazzjoni mingħajr ma tbati vendetta.  Jeħtieġ li dawn il-persuni jingħataw l-għajnuna bir-rispett lejn il-kors tal-ġustizzja imma wkol; tad-dinjità tagħhom personali bħala nies li jagħżlu li jgħixu ħajja onesta, temm il-Papa Franġisku.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: