Il-Papa saħaq dwar politika ta’ tolleranza żero


It-Tnejn 20 ta’ Awwissu 2018: F’ittra lill-poplu t’Alla, il-Papa Franġisku ammetta li l-Knisja Kattolika ma ħaditx azzjoni f’waqtha biex jiġu mħarsa t-tfal kontra saċerdoti li abbużawhom sesswalment fuq medda ta’ għexieren ta’ snin. Il-Papa b’dieqa kompla jikteb li l-Knisja abbandunat tfal f’idejn dawk li abbużaw minnhom.

papa-francesco-3_1435483638_1497011139_1510061065.jpgIl-Papa Franġiksu fl-ittra jgħid li b’mistħija u ndiema, jammetti li bħala komunità ekkleżjali, il-Knisja ma kinitx fejn suppost kienet u dan meta wieħed iqis il-kobor u l-gravità tal-ħsara li saret lil tant ħajjiet innoċenti.

Din l-ittra nħarġet illum 20 ta’ Awwissu bi tweġiba għar-rapport tal-Pennsylvania Grand Jury. Il-Papa kompla jgħid hekk: ”Ma wrejna l-ebda mogħdrija għaż-żgħar anzi abbandunajniehom.

F’ittra ta’ tliet paġni il-Papa Franġisku qal ukoll li l-Knisja tawlet wisq biex timplimenta miżuri favur il-ħarsien tat-tfal u biex tagħmel ġustizzja ma’ dawk li abbużaw.

Il-Papa saħaq dwar politika ta’ tolleranza żero u miżuri u sanzjonijiet kontra dwar li abbużaw jew ħbew l-abbużi.

Minkejja li Franġisku ma tkellimx dwar miżuri konkreti li l-Knisja se tadotta fil-mixja tagħha, huwa qal li għandu jsir kull sforz favur il-ħarsien tat-tfal, filwaqt li għamel sejħa lill-Kattoliċi madwar id-dinja biex jitolbu u jsumu ħalli tikber is-solidarjetà ma’ dawk imweġġgħa.

L-ittra tal-Papa Franġisku ġiet sitt ijiem wara r-rapport Amerikan tal-14 t’Awwissu li żvela li madwar elf tifel u tifel kienu abbużati minn saċerdoti Kattoliċi f’sitt djoċesijiet fl-istat ta’ Pennsylvania fuq medda ta’ sebgħin sena.

Il-Papa beda l-ittra tiegħu bi kwotazzjoni mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl lill-Korintin – Jekk membru jbati, kulħadd ibati miegħu.

U żied jgħid ”Dawn il-kliem ta’ San Pawl jidwu b’saħħa f’qalbi hekk kif nammetti mill-ġdid it-tbatija li ġarrbu tant tfal minħabba l-abbuż sesswali, l-abbuż tal-poter u l-abbuż tal-kuxjenza mwettaq minn numru sinifikanti saċerdoti u nies ikkonsagrati”.

”Meta nħares lejn l-imgħoddi, l-ebda talba għal maħfra jew biex tissewwa l-ħsara mhu se jkunu biżżejjed. Iżda meta nħares lejn il-ġejjieni, għandu jsir kull sforz biex tinħoloq kultura li tista’ tipprevjeni tali sitwazzjonijiet milli jseħħu, iżda wkoll biex ma jkunx hemm il-possibbiltà li dawn l-atti jittwettqu jew jiġu moħbija.

L-uġigħ tal-vittmi u tal-familji tagħhom huwa wkoll l-uġigħ tagħna, żied jgħid il-Papa, u għalhekk huwa urġenti li naffermaw mill-ġdid l-impenn tal-Knisja li tiżgura l-ħarsien tal-minuri u tal-adulti vulnerabbli.

L-ewwel tweġiba tal-Vatikan għar-rapport Amerikan kienet stqarrija qasira mill-uffiċċju stampa li qalet li l-atti dokumentati fir-rapport huma kriminalment u moralment kundannabbli.”

Il-Papa Franġisku qed iħejji għaż-żjara fl-Irlanda għal-laqgħa dinjija tal-familji fi tmiem din il-ġimgħ. L-Irlanda huwa pajjiż li bata mill-abbuż sesswali tal-kleru u bosta vittmi ta’ dan l-abbuż qed jitolbu lill-Papa biex juża ż-żjara tiegħu biex jitkellem u jikkundanna l-fatt li l-Vatikan ħeba dawn l-abbużi.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

Ara l-ittra kollha bil-Malti fil-Laikos … http://www.laikos.org/Fr1_Ittra-lil-Poplu-ta-Alla_20082018.htm

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.