Ċentru tas-saħħa għall-foqra fi Pjazza San Pietru


Il-Ħadd 18 ta’ Novembru 2018: Hekk kif il-ħaddiema qed iħejju Pjazza San Pietru għall-presepju ta’ din is-sena, qrib tagħhom hemm ċentru tas-saħħa biex jagħti servizz lil min hu bla dar jew fqir. Madwar tnax-il raġel u xi nisa jinsabu bilqiegħda jew bilwieqfa fi spajzu kbir jistennew bil-kwiet meta jmisshom jidħlu inkella jimlew il-formoli biex jissejħu ħalli jsirulhom it-testijiet mediċi bla ħlas.

Għadd ta’ tobba volontiera mill-isptarijiet ta’ Ruma jew miċ-ċentri tas-saħħa flimkien ma’ nersis mill-għaqda ts-Salib l-Aħmar Taljana, qed jibdlu ‘l xulxin biex imexxu l-laboratorji jew jinvistaw il-pazjenti bejn it-8.00 ta’ filgħodu u l-10.00 ta’ billejl, kuljum.

Din hi t-tieni darba li l-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Eanġeliżżazzjoni l-Ġdida qed jorganiżża dan is-servizz tas-saħħa bla ħlas b’rabta maċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji tal-Foqra li se jaħbat nhar il-Ħadd li ġej, 18 ta’ Novembru.

Dis-sena l-klinika qed tkun miftuħa għal siegħat itwal minn tas-sena li għaddiet. Kull min ikollu bżonn, hemmhekk isib tobba ġeneriċi jew speċjalisti tal-qalb, tal-ġilda, ġinekoloġi u tal-għajnejn. Roberta Capparella, ners tas-Salib l-Aħmar qalet li kemm hi kif ukoll ħafna oħrajn, kienu ħadu sehem f’din l-inizjattiva s-sena li għaddiet u tagħthom sodisfazzjon kbir.

Żiedet tgħid li huma kienu kuntenti li l-Papa Franġisku ried jagħti servizz bla ħlas din is-sena wkoll u huma mill-ewwel ħatfu l-okkażjoni biex jerġgħu jagħtu sehemhom.

Bil-preżenza biss, issuktat tosserva Capparella, wieħed jinduna li qed jirċievi aktar milli qed jagħti min-nies li jkunu qed jinqdew.

Il-Jum Dinji tal-Foqra, li kull sena jkun iċċelebrat fit-33 Ħadd ta’ matul is-sena liturġika, jiffoka fuq vers mis-Salm 34: Il-foqra għollew leħinhom u l-Mulej semgħhahom.

It-tifkira u ż-żmien ta’ riflessjoni kif ukoll il-ħidma ta’ tħejjija jagħtu ċans lill-insara biex jimxu fuq l-eżempju ta’ Kristu u jaqsmu b’mod konkret mumenti ta’ mħabba, tama u rispett ma’ min fil-komunità jinsab fil-bżonn. Hekk qal il-Papa Franġisku fil-messaġġ tal-okkażjoni li kien ħareġ f’Ġunju li għadda.

Knejjes u assoċjazzjonijiet lokali kienu mitlubin joħolqu inizjattivi biex ikun hemm waqtiet ta’ laqgħa awtentika, ħbiberija, solidarjetà u għajnuna konkreta. Il-pjan hu li l-Papa l-ewwel iqaddes fil-Bażilika ta’ San Pietru għall-foqra u l-volontiera imbagħad imur jippranza ma’ madwar 3000 ruħ fl-Awla Pawlu VI, is-sala tal-udjenzi tal-Vatikan.

Għaqdiet ta’ volontiera oħra, gruppi u skejjel ta’ Ruma se joffru ikla bla ħlas lil għadd ta’ nies foqra jew bla saqaf fl-istess ġurnata.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.