Il-Papa Franġisku se jżur Abu Dhabi fi Frar 2019

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħadd 9 ta’ Diċembru 2018: Il-Papa Franġisku se jżur Abu Dhabi bejn it-3 u l-5 ta’ Frar 2019 biex jieħu  sehem fil-Laqgħa Inter-Reliġjuża Internazzjonali dwar il-Fratellanza Umana

Franġisku laqa’ l-istedina li għamillu x-Xiek Mohammed bin Zayed Al Nahyan, Prinċep Ereditarju ta’ Abu Dhabi u se jżur dal-pajjiż fl-Emirati Għarab Magħquda biex jipparteċipa attivament f’dil-laqgħa internazzjonali.

Dan ġie mħabbar mis-sala stampa tal-Vatikan.  Id-direttur tas-sala stampa Greg Burke qal li diż-żjara se ssir ukoll bii tweġiba għal stedina li saret mill-Knisja Kattolika tal-Emirati Għarab Magħquda.

Il-Papa Franġisku għażel l-isem ta’ San Franġisku ta’ Assisi, qaddis li kien eżempju mdawwal u  qiegħed fis-seħħ kliem Ġesù Kristu: Henjin dawk li jiżirgħu l-paċi għax ikunu msejħa wlied Alla.  Il-paċi t’Alla tfejjaq lill-bniedem minn kull forma ta’ mibgħeda u aggressjoni u tkun kumpann għall-Aħbar it-Tajba ta’ Alla li jirrikonċilja d-dinja kollha miegħu, kif imħabbra minn Ġesù Kristu.

It-tema hi meħuda mill-ewwel kliem tat-talba għall-paċi ta’ San Franġisk ta’ Assisi, u tesprimi x-xewqa li ż-żjara tal-Papa Franġisku fl-Emirati Għarab Magħquda tirfed b’mod speċjali l-qlub tal-bnedmin kollha ta’ rieda tajba, bil-paċi ta Alla.

Il-logo taż-żjara hu ħamiema stiliżżata bil-fergħa taż-żebbuġ f’ħalqha u l-kuluri abjad u isfar, l-ilwien tal-bandiera tal-Vatikan.  Il-kuluri tal-bandiera tal-Istati Għarab Magħquda jiffurmaw parti mill-ġisem tal-ħamiema, simbolu li l-Papa qed iżur pajjiż Għarbi bħala messaġġier tal-paċi.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Leave a Reply

%d bloggers like this: