Fil-Parroċċa tal-Iklin qed jiġi fi tmiemu l-programm għal formazzjoni tal-adulti

Print Friendly, PDF & Email

Ġewwa l-Parroċċa Familja Mqaddsa tal-Iklin qiegħed jiġi fi tmiemu l-programm għal formazzjoni tal-adulti għas-sena kateketika 2018-2019. Dan il-programm għal ta’ formazzjoni għal adulti jdur mal-kunċett ta’ “Hop on Hop off formation Wednesdays” permezz ta’ korsijiet qosra ta’ tlieta jew erbħa laqgħat li jimirħu f’dimensjonijiet diversi tal-fidi tagħna.

Din is-sena inagħtat importanza lil proklamazzjoni tal-Kelma permezz ta’ kors għal-letturi u ħidma b’risq il-liturġija fil-knisja permezz ta’ kors ieħor li kien miftuħ għall-animaturi, koristi, ministri tat-tqarbin, sagristana, abbatini u dawk kollha li jagħtu sehemhom b’risq l-artal. Korsijiet oħra kienu ta’ tagħrif u riflessjonijiet dwar l-ikoni u ieħor dwar l-Ewkaristija bi preparazzjoni għal festa ta’ Corpus Christi. F’dan il-programm kienu wkoll inklużi l-eżerċizzi tar-Randan għal kategoriji diversi ta’ nies, is-seminars kull xahar għall-ġenituri tal-katekizmu tal-parroċċa u irtiri parrokjali b’diversi stili li jkunu miftuħa għal kulħadd. Il-kelliema magħżula ta’ kalibru, li kienu magħzula bi ħsieb ħallew impatt sabiħ fuq il-kongrezzjoni li attendiet bi ħġarha.

Ara l-informazzjoni fuq pdf minn hawn: Programm_formazzjoni adulti 2018 2019

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading