Illum il-Knisja tfakkar lil Beatu Mikiel Rua


Fid-29 ta’ Ottubru l-Knisja tfakkar lil Beatu Mikiel Rua, Saċerdot li miet fis-sena 1901.

Dan il-beatu għen lil San Ġwann Bosco u kien is-suċċessur tiegħu bħala Rettur Maġġur tas-Salesjani. Taħt it-tmexxija tiegħu, is-soċjetà, fi 22 sena kibret minn 800 għal 4000 membru. Il-Papa Pawlu VI ddeskrivieh bħala qassis xipli, kollu tjubija u ħlewwa, ħsiebu fi dmirijietu u kollu sagrifiċċju.

Mikiel iltaqa’ ma’ Dun Bosco wara li mietlu missieru. Ta’ 16-il sena huwa beda jmur is-seminarju u jgħix ma’ Dun Bosco fl-oratorju, fejn kien inkarigat mid-dixxiplina u mill-finanzi. Ta’ 18-il sena kien l-ewwel fost id-dixxipli ta’ Dun Bosco li għamel il-voti reliġjużi u tliet snin wara huwa akkompanja lill-fundatur tiegħu f’Ruma u ġarr kopja tal-kostituzzjonijiet miktuba minn idu stess għall-Papa Piju IX.

Meta Dun Rua sar qassis, Dun Bosco ħabbarlu li kellu jara s-soċjetà tinfirex, li kellu jaħdem u jbati, iżda li kellu jkollu wkoll il-faraġ u l-għajnuna tal-Mulej. Dun Rua ġie Malta darbtejn.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.