Illum il-Knisja tfakkar lil San Willibrord


Fis-7 ta’ Novembru l-Knisja tfakkar lil San Willibrord, Isqof ta’ Utrecht li għex bejn is-snin 658 sa 739.

 

Twieled fin-Northumbria, fit-tramuntana tal-Ingilterra fis-sena 658. Ta’ seba’ snin, insibuh jitgħallem fil-Monasteri ta’ Ripon, immexxi minn San Wilfrid. Wara mar l-Irlanda ma’ San Egbert u ma’ San Wigbert.

Ordnat saċerdot ta’ 30 sena fis-sena 688, telaq sentejn wara ma’ 11-il Benedittin lejn il-Friżja, fl-Olanda, fejn ipprietka u kkonverta bosta pagani.

Fit-22 ta’ Novembru 695, fil-Bażilka ta’ Santa Ċiċilja fi Trastevere, ġewwa Ruma, f’jum il-festa tagħha, il-Papa San Serġju I ikkonsagrah isqof u tah l-isem ta’ Klement. Willibrord waqqaf is-sedje tiegħu f’Utrecht, li tagħha kien l-ewwel isqof, u ddedika l-katidral tiegħu lis-Santissimu Salvatur, bħall-Katidral tal-Lateran ta’ Ruma u dak ta’ Canterbury fl-Ingilterra. Waqqaf ukoll il-Monasteru ta’ Echternach fil-Lussemburgu u pprietka wkoll fid-Danimarka u fil-gżira ta’ Heligoland.

Kull fejn mar waqqa’ l-idoli u bena knejjes Insara. Kien mgħejjun mill-appostlu tal-Ġermanja, San Bonifaċju, Benedittin Ingliż bħalu u mfaħħar ħafna mid-Duttur tal-Knisja San Beda, Benedittin Ingliż ieħor.

Willibrord, l-Appostlu tal-Olanda, miet ta’ 81 sena fil-Monasteru ta’ Echternach fil-Lussemburgu, fis-7 ta’ Novembru, 739 u ġie midfun hemmhekk. Illum insibu r-relikwi tiegħu fil-Katidral Kattoliku ta’ Utrecht fl-Olanda, iddedikat lilu. Huwa l-qaddis patrun tal-Olanda u tal-Lussemburgu.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.