“Esperjenza Unika!” – Laqgħa tal-Isqfijiet ta’ New England mal-Papa Franġisku


F’laqgħa li l-Isqfijiet ta’ New England, l-Istati Uniti, kellhom mal-Papa Franġisku, huma stqarrew li kienet esperjenza  inkredibbli u unika. Il-laqgħa ‘ad limina’ saret nhar il-Ħamis 7 ta’ Novembru 2019 u ħadu sehem Isqfijiet minn Massachusetts, Rhode Island, Connecticut, New Hampshire, Maine u Vermont.

fr1-bishops.JPG

L-Isqfijiet kienu impressjonati bil-mod kordjali li bih laqagħhom il-Papa u kif ħa ħsieb li jkunu f’ċirku madwaru fis-sagħtejn tal-laqgħa. Tkellmu dwar il-ferħ, it-tbatijiet u l-isfidi tal-Knisja fid-djoċesijiet tagħhom fin-North East tal-pajjiż. Il-Papa tahom l-opportinita’ li jissettjaw huma stess l-aġenda tal-laqgħa. Huwa stedinhom biex ikunu qrib ta’ Alla, tas-Saċerdoti tad-djoċesi tagħhom u tal-poplu afdat lilhom.

https://catholicherald.co.uk/news/2019/11/08/it-was-truly-amazing-new-england-bishops-describe-ad-limina-meeting-with-pope/

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea