Illum il-Knisja tfakkar lil San Klawdju de la Colombière


Fil-15 ta’ Frar l-Knisja tfakkar lil San Klawdju de la Colombière, Saċerdot li għex bejn is-snin 1641 sa 1682.

San Klawdju De La Colombière nistgħu nsejħulu l-Appostlu tal-Qalb ta’ Ġesù flimkien ma’ Santa Margerita M. Alacoque li tagħha kien direttur spiritwali.

Klawdju twieled ftit ’il bogħod minn Lyon (Franza) fl-1641. It-tifel kiber fl-għożża ta’ familja tassew nisranija. Kmieni bagħtuh jistudja f’kulleġġ tal-Ġiżwiti.

Ma kienx differenti mit-tfal tamparu: delikat f’persuntu iżda ferrieħi, studjuż imma wkoll ċajtier. Ma kienx jonqos li jitħallat ma’ sħabu f’dak li hu sports tal-kulleġġ.

Ta’ 17-il sena ngħaqad mal-Kumpanija ta’ Ġesù. Ġie ordnat saċerdot f’Pariġi ta’ 28 sena, fl-1669. Għallem fi skola tal-Ġiżwiti u kien predikatur fi Lyon.

Ta’ 33 sena ħa l-voti solenni u xahrejn wara, fi Frar 1675, sar superjur ta’ komunità żgħira f’Paray-le-Monial. B’kollox dam hemm 18-il xahar biss, iżda dan kien żmien biżżejjed biex jagħti lil Santa Margarita Marija Alacoque, f’kunvent tal-viżitazzjoni fil-qrib, id-direzzjoni spiritwali u l-inkoraġġiment li kellha bżonn. Hu l-aktar li jibqa’ mfakkar għal din il-missjoni tiegħu li sawret it-tifsira ta’ ħajtu.

F’Ottubru 1676, kien mibgħut Londra bħala predikatur tal-qorti ta’ Maria Beatrice d’Este, mart Ġakbu d-Duka ta’ York li ’l quddiem sar ir-Re Ġakbu II. Hawn beda jxerred kemm jista’ d-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù. Jibqa’ msemmi għall-fiduċja sħiħa li kellu f’Alla anki meta l-affarijiet ma kinux jidhru sejrin tajjeb. Diversi talbiet tiegħu jixhdu tajjeb dan.

Wara sentejn f’Londra, Klawdju kien akkużat falzament li kien qed jippriedka kontra Charles II, u l-Parlament (magħmul minn protestanti) f’Novembru 1678 tefgħu lil Klawdju l-ħabs. Minkejja li ma nstabx ħati tal-akkużi li nġiebu kontrieh, hu xorta waħda kien imkeċċi mill-Ingilterra u ordnat jirritorna fi Franza, saħħtu mkissra għall-aħħar.

Sas-sena 1681 il-qaddis kien id-direttur tal-istudenti Ġiżwiti f’Lyon. Imbagħad kien mibgħut mill-ġdid f’Paray-le-Monial fejn saħħtu tant marret lura li miet nhar il-15 ta’ Frar 1682, ta’ 41 sena.

Klawdju De La Colombière kien dikjarat beatu minn Piju XI fis-16 ta’ Ġunju 1928, u l-Papa San Ġwanni Pawlu II iddikjarah qaddis f’April 1992.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.