‘Urbi et Orbi’ straordinarja


Fi Pjazza San Pietru vojta, bix-xita u f’ambjent li jsaħħar, il-Papa Franġisku, filgħaxija tal-Ġimgħa 27 ta’ Marzu, wera t-tenerezza tal-Knisja biex twassal il-grazzja tal-maħfra lill-bnedmin.

papa wahdu fi pjazza san pietru
Il-Papa miexi waħdu fi Pjazza San Pietru.  Xena li qatt ma ħlomna li għad naraw

Dan l-artiklu, li nkiteb jumejn qabel din l-okkażjoni, jispjega x’inhi l-Indulġenza Plenarja li l-Papa ta f’din l-okkażjoni u r-relevanza tal-Indulġenza fiċ-ċirkustanzi li d-dinja għaddejja minnhom illum. Il-laqgħa ta’ talb kienet ‘Urbi et Orbi’ straordinarja li turi l-kura pastorali tal-Knisja għal dawk li qed ibatu minħabba l-coronavirus, l-aktar dawk li jistgħu jmutu mingħajr ma jirċievu l-aħħar riti reliġjużi.

L-Indulġenza Plenarja qed tingħata lil dawk li ġew affettwati bil-virus, dawk li jaħdmu fis-servizz tas-saħħa u l-familji tagħhom, dawk li jitolbu biex tgħaddi l-epidemija u dawk li jmutu mingħajr ma jilħqu jingħataw l-aħħar sagramenti.

Biex wieħed jikseb l-Indulġenza, irid jiddispjaċih għad-dnubiet li jkun għamel u jsegwi ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, jgħid ir-Rużarju jew jitlob il-Via Sagra jew xi devozzjoni oħra. Fil-każ tan-nies li huma fil-ħin tal-mewt biżżejjed li jkunu talbu f’ħajjithom.

Ara l-omelija tal-Papa Franġisku bil-Malti … http://laikos.org/Papa_Frangisku_omelija_27032020.htm

https://www.ncronline.org/news/theology/coronavirus-indulgences-evoke-francis-ridiculously-pardoning-church

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.