Illum il-Knisja tfakkar lil Beatu Ġużeppi Kowalski


Fid-29 ta’ Mejju l-Knisja tfakkar lil Beatu Ġużeppi Kowalski, Presbiteru u Martri li għex bejn is-snin 1911 sa 1942.

Il-Beatu Ġużeppi Kowalski twieled f’Siedliska, il-Polonja, fl-1911. Fl-1927, ingħaqad mas-Sależjani u pprofessa fid-29 ta’ Ġunju, 1934. Ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Mejju, 1939. Kien is-segretarju għall-provinċja Sależjana ta’ Krakaw fil-Polonja.

Kien edukatur u għalliem fuq il-kariżma tal-kongregazzjoni ta’ Don Bosco. Anke kien jinqeda bil-mużika, filfatt waqqaf kor ta’ żgħażagħ, bi skop u biex jagħtih l-għajnuna fl-appostolat.

Kien qed jagħmel appostolat fil-parroċċa ta’ Marija għajnuna tal-insara. Fit-23 ta’ Mejju 1941, daħlu n-Nażi u ġie arrestat flimkien ma’ 11 oħra minn sħabu. Ġew trasportati għall-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz.

Wara 14-il xahar, f’dan il-kamp, fl-4 ta’ Lulju, 1942, xi gwardjani ġagħluh jirfes kuruna tar-rużarju biex jikkalpestaha. Il-beatu rrifjuta. L-istess gwardjani bdew jittorturawh u wara qatluh billi għarquh. Kellu 31 sena.

Fit-13 ta’ Ġunju, 1999, San Papa Ġwann Pawlu II, ibbeatifikah, f’Varsavja, flimkien ma’ 107 martri ieħor Pollakk, martri tan-Nażiżmu.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.