Illum il-Knisja tagħmel il-Festa ta’ San Bartilmew

Print Friendly, PDF & Email

Fl-24 ta’ Awwissu l-Knisja tagħmel il-Festa ta’ San Bartilmew, Appostlu li għex fl-1 Seklu.

San Bartilmew, wieħed mit-tnax-il Appostlu, twieled f’Kana tal-Galilija, u probabilment hu l-istess persuna bl-isem ta’ Natanael, li Filippu kien ħajru biex imur miegħu jara lil Ġesù ta’ Nazaret. Natanael kien qallu: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” (Ġwanni 1:45-51)

Ġesù sejjaħlu “Israeli tabilħaqq, li ma għandux qerq”.

San Ġwann fil-Vanġelu tiegħu ma jsemmih qatt bl-isem ta’ Bartilmew, imma dejjem bħala Natanael, filwaqt li t-tliet Evanġelisti l-oħra jsibuh dejjem bl-isem ta’ Bartilmew.

Bħal uħud mill-Appostli l-oħra, ftit nafu dwar l-attività  tiegħu wara l-Pentekoste. Skont xi wħud, hu mar jipprietka l-Vanġelu fl-Indja u wara mar l-Armenja fejn sofra l-martirju. Uħud jgħidu li miet bi qtugħ ir-ras, waqt li oħrajn jgħidu li qaxxrulu l-ġilda tiegħu u sallbuh rasu ’l isfel bħalma jirrapreżentah Michelangelo fl-Aħħar Ġudizzju fil-Kappella Sistina.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Leave a Reply

%d bloggers like this: