Il-Ġurnata Missjunarja

Print Friendly, PDF & Email

Fit-tielet Ħadd ta’ Ottubru ta’ kull sena, il-Knisja Kattolika tfakkar fil-Jum Dinji tal-Missjoni. Din is-sena dan ikun nhar il-Ħadd 18 ta’ Ottubru.

Fil-messaġġ tiegħu għaldakinhar, il-Papa Franġisku fakkarna fil-kliem ta’ Isaija (6;8), “Ħawn jien, ibgħat lili”, propju biex jurina li b’mod jew ieħor, is-sejħa missjunarja hija tal-Knisja kollha u mhux biss ta’ dawk li jmorru jwettqu missjoni f’artijiet oħra.

Ara l-Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Jum Missjunarju ta’ din is-sena …

Fr Norbert Bonavia mssp jkompli jħeġġiġna dwar dan il-Jum

Fil-riflessjoni awdjo ta’ hawn taħt, Fr Norbert Bonavia tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, jkompli jkellimna dwar dan il-Jum tant importanti għall-Knisja Universali.

%d bloggers like this: