Il-Papa Franġisku: Iż-żmien qed jiskadi biex nipproteġu lid-dinja.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħadd 10 ta’ Ottubru, il-Papa Franġisku ħa seħem f’seminar fuq il-bidla tal-klima. F’messaġġ li ta b’mod teknoloġiku u rekordjat il-Papa wissa li jeħtieġ li nipproteġu d-dinja li qed ngħixu fiha.

“Iż-żmien qed jiskadi biex nirranġaw l-ekonomija, nipproteġu d-dinja u ngħinu lill-fqar”, hekk stqarr l-Papa Franġisku. Is-sistema ekonomika globali ‘mhiex sostenibli’, b’mod speċjali fl-impatt li qed tħalli fuq l-ambjent.

L-Avveniment, ġie muri fuq il-‘youtube’, hu għalih ħadu sehem ħamsin kelliem minn madwar id-dinja kollha. Xjentisti, atturi, attivisti favur l-ambjent, poeti, kantanti, politikanti, lkoll ħarsu lejn l-istat tal-ambjent u l-bidla fil-klima, u kif ir-rwoll ta’ kull individwu, gvernijiet u businesses ser jieħdu azzjoni.

Il-Papa, ħeġġeġ li kull persuna għandha rwol importanti x’tagħmel u meħtieġ li kulħadd jieħu azzjoni llum u mhux għada. Hu kompla jgħid li X-Xjenza tgħidilna, kuljum b’mod preċiż, li aħna jeħtieġ li nieħdu azzjoni urġenti. Miniex nesaġera. Dan li qed tgħidilna x-xjenza, jekk aħna għandna tama li nevitaw bidla radikali u katastrofika fil-klima”.

Filwaqt li xjenza tinsisti fil-bżonn tal-bidla biex nipproteġu d-dinja, l-kuxjenza tagħna tgħidilna li ma nistgħux nibqgħu ndifferenti quddiem is-sofferenzi tal-fqar, fejn il-ħin kollu qed tikber l-inugwaljanza ekonomika u l-inġustizzji soċjali.

Il-Papa Franġisku ppreżenta pjan ta’ azzjoni maqsum fit-tlett proposti:

  1. Il-bidla trid tibda mill-edukazzjoni li wieħed jifhem li l-problemi ambjentali huma marbutin mal-bżonnijiet tal-bniedem. Hemm bżonn li tinkludi kemm dejta xjentifika kif ukoll dik etika.
  2. Imbagħad trid tingħata prijorità lil ilma u l-ikel, li jiġi żgurat l-aċċess għall-ilma tax-xorb u ikel adekwat lil bnedmin tad-dinja kollha.
  3. It-tielet proposta hi dik tat-transazzjoni enerġetika: sostituzzjoni progressiva, mingħajr dewmin, ta’ karburant fossili lejn sors ta’ enerġija nadifa. “Din il-bidla mhux biss trid tkun waħda ta’ malajr u li nilħqu li miri preżenti u dawk futuri, iżda rridu noqgħodu dejjem attenti għal impatt li tħalli fuq il-fqar, fuq il-popolazzjoni u fuq dawk li jaħdmu fis-settur tal-enerġija produttiva”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.thetablet.co.uk/news/13460/pope-warns-time-is-running-out-to-protect-the-earth

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading