Rużarju favur il-ħajja.

Print Friendly, PDF & Email

Ottubru hu x-xahar tar-Rużarju Mqaddes. Il-President tal-Konferenza Episkopali għall-familja fil-Polonja, Mgr. Wiesław Śmigiel, appella biex in-nies jitolbu din it-talba “biex tiġi rispettata l-ħajja ta’ kull ċittadin Polakk”.

F’messaġġ speċjali, l-Prelat talab lid-devoti biex jieħdu sehem f’n-novena favur il-ħajja bl-interċessjoni ta’ San Ġwann Pawlu II. Din ser tibda għada, 13 ta’ Ottubru u tibqa’ sejra sal-21 ta’ Ottubru, lejliet il-festa liturġika tal-qaddis Papa Polakk, “li kien kuraġġuż u li b’saħħa kbira kien promotur tal-qdusija tal-ħajja”.

Mgr. Śmigiel irringrazzja lil dawk in-nies li jieħdu sehem fl-inizzjativi li huma mmirati biex jipproteġu l-ħajja mill-konċepiment sal-mewta naturali.

Hu żied li dan l-appell għandu jinkoraġġixi l-parroċċi, lir-Rgħajja u l-komunità kollha.

Kemm hi ħaġa sabiħa li aħna wkoll din l-inizjattiva nagħmluha tagħna. Aħna l-Maltin, mal-kumplament tad-dinja neħtieġu li nitolbu favur il-ħajja.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2020/10/12/poland-rosary-for-life-prayer-from-tomorrow-to-october-21st-the-bishops-endorsement/

%d bloggers like this: