Aktar minn 300 nisrani maħtufa kull xahar

Print Friendly, PDF & Email

Rapport tal-ACN dwar l-Insara maħtufa u l-ħabs

Kull xahar, aktar minn 300 Kristjan f’50 pajjiż tad-dinja jinħatfu jew jintbagħtu l-ħabs inġustament minħabba l-fidi tagħhom. Iċ-ċifra drammatika toħroġ mill-aħħar rapport li sar minn “Aid to the Church in Need” (ACN), li nħareġ nhar l-Erbgħa 25 ta’ Novembru.

Bit-titlu, “Eħilsu lil priġunieri”, r-rapport mill-Fondazzjoni Pontifikali ACN, karità Kattolika internazzjonali, jelenka każijiet speċifiċi ta’ Insara miżmuma prinċipalment fin-Niġerja, l-Eritrea, l-Pakistan u ċ-Ċina. Ir-rapport jitkellem dwar priġunerija għal raġunijiet ta’ kuxjenza, detenzjoni arbitrarja, proċessi nġusti, kundizzjonijiet ta’ ħabs inadegwati, każijiet ta’ tortura u pressjoni biex in-nies jiġu mġiegħla jabbandunaw il-fidi.

ACN iqis il-ħtif tal-Kristjani fin-Niġerja bħala serju ħafna. Kull sena aktar minn 220 Nisrani jinħatfu w jinżammu l-ħabs inġustament minn gruppi ta’ milizzja Ġiħadisti. Ħafna drabi dan il-ħtif jirriżulta fil-qtil ta’ saċerdoti Protestanti u Kattoliċi. Hija l-istess storja fl-Eġittu, fejn “in-nisa Kristjani Kopti żgħażagħ qed jinħatfu u jiġu mġiegħla jiżżewġu lil dawk li ħatfuhom li ma jkunux Kristjani”. Fl-Eritrea, aktar minn elf Kristjani huma beżgħana li jinżammu b’mod inġust.

Fl-Asja, x-xenarju huwa ugwalment allarmanti. Fil-Pakistan, “hemm madwar elf każ ta’ konverżjonijiet sfurzati ta’ bniet u nisa żgħażagħ Kristjani u Ħindu kull sena”. Fil-Korea ta’ Fuq hemm “madwar 50 elf Kristjan f’kampijiet tax-xogħol, jiġifieri kważi 50% tan-numru totali ta’ priġunieri”. Fil-Mjanmar, huwa stmat li mill-2018, l-armata nterrogat u arrestat 100 pastors u rreklutat bil-forza studenti Kristjani.

Skon l-ACN, bosta rapporti speċjalizzati juru li l-Insara huma l-aktar komunità reliġjuża mmirata fid-dinja. Skond iċ-Ċentru tar-Riċerka Pew, “id-detenzjoni nġusta tal-Insara, kemm minn stati kif ukoll minn suġġetti mhux governattivi, toħroġ bħala ksur tad-drittijiet tal-bniedem f’143 pajjiż fejn hemm fastidju serju”. Jenfasizza wkoll numru għoli ta’ “gruppi reliġjużi ta’ minoranza affettwati minn detenzjoni nġusta” u għalhekk itenni l-ħtieġa li “jaġixxu fil-pront” minħabba li minoranzi reliġjużi huma dejjem aktar f’riskju. 

Biex ifakkru dan, ħafna binjiet tal-Knejjes u monumenti, l-Erbgħa li għaddew, ġew imdawla b’dawl aħmar, kulur assoċjat mal-martirju, biex jiftakru f’dawk li jistgħu jipprattikaw il-fidi tagħhom liberalment mad-dinja kollha.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/church/news/2020-11/acn-aid-church-need-report-kidnapped-jailed-christians.html

%d bloggers like this: