Determinazzjoni tal-Knisja għal dinja aktar sigura

Is-Santa Sede titlob għall-għaqda universali għall-Konvenzjoni dwar Munizzjon Cluster.

Is-Santa Sede tenniet id-determinazzjoni soda tagħha li tikkontribwixxi għall-għaqda universali għall-Konvenzjoni dwar Munizzjoni Cluster (CCM) u ġeddet l-appell tagħha lill-Istati kollha barra l-Konvenzjoni biex jikkunsidraw li jissieħbu fl-isforzi globali biex flimkien nibnu dinja aktar sigura.

It-trattat ġie ffirmat fl-2008 minn aktar minn 100 Stat biex jindirizza l-konsegwenzi umanitarji w il-ħsara naċċettabbli kkawżata liċ-ċivili minn munizzjoni tat-tip cluster, permezz ta’ probizzjoni kategorika u qafas ta’ azzjoni.

Waqt li tkellem b’mod virtwali, fit-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Konvenzjoni li saret bejn il-25 u 27 ta’ Novembru 2020, l-Arċisqof Ivan Jurokovič, Osservatur Permanenti tal-Vatikan għan-Nazzjonijiet Uniti u Organizzazzjonijiet Internazzjonali oħra f’Ġinevra, esprima l-apprezzament tas-Santa Sede għall-isforzi magħmula lejn l-universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni, u laqgħu lil Sao Tomé & Principe, Niue u Santa Luċija bħala Stati Partijiet ġodda.

Madankollu, ddispjaċih li l-għan tal-130 Stat u li ġie stabbilit fl-Ewwel Konferenza ta’ Reviżjoni F’Dubrovnik fl-2015 għadu ‘l bogħod milli jintlaħaq u – l-iktar importanti – il-fatt li “sal-llum, munizzjonijiet tat-tip cluster għadhom jintużaw f’xi kunflitti, tagħti lok għal vittmi ġodda u kontaminazzjoni”. “L-universalizzazzjoni mhux komponent fakultattiv tal-Konvenzjoni. Huwa obbligu legali li għandu mplikazzjonijiet diretti u konsegwenzi estensivi fuq l-operazzjonijiet u fuq l-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-għajnuna tal-vittmi”. Hu enfasizza li “iktar ma ninvestu fl-isforzi t’ universalizzazzjoni u diżarm, inqas ikollna bżonn li nqattgħu fuq għajnuna umanitarja”.

L-Arċisqof Jurokovič ikkonkluda li “aħna obbligati lejn il-ħafna vittmi tal-passat u lejn dawk li jistgħu jispiċċaw vittmi li nistgħu nipproteguhom kemm il-darba nimplimentaw b’mod sħiħ il-Konvenzjoni”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2020-11/holy-see-jurkovic-convention-cluster-munitions.html