Ma ninsewx il-persuni li huma morda, weħidhom u fil-bżonn

Print Friendly, PDF & Email

“Ejjew nagħmlu pjaċir lil Ġesù Bambin, jekk f’dawn il-jiem ta’ festa ma ninsewx lill-persuni li jinsabu weħidhom, lill-morda u dawk fil-bżonn. Telefonata hija biżżejjed biex twasslilhom raġġ ta’ dawl tal-Milied”. Dan qalu l-Papa Franġisku, waqt l-aħħar udjenza ġenerali qabel il-Milied, li saret fil-librerija tal-Palazz Appostoliku tal-Vatikan, fil-ħin li kien qed isellem lill-pellegrini li jitkellmu bil-lingwa Ġermaniża.

Għal dawk tal-lingwa Portugiża, l-Qdusija Tiegħu fakkar li “jekk il-pandemija ġegħlitna nibqgħu iktar imbiegħda, Ġesù, fil-presepju, jurina t-triq tat-tenerezza, li nibqgħu qrib, u li nkunu umani”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2020/12/23/papa-francesco-udienza-generale-non-dimentichiamo-le-persone-sole-malate-e-bisognose/

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading