Il-Ministeri tal-Lettorat u l-Akkolitat għandhom ikunu miftuħa wkoll għan-nisa.
Iffirmata fil-Festa tal-Magħmudija tal-Mulej, fl-10 ta’ Jannar u ppublikata fil-11 ta’ Jannar, il-liġi l-ġdida, ntitolata, Spiritus Domini, ġie modifikat l-ewwel paragrafu tal-Kanon 230 tal-Kodiċi tal-Liġi Kanonika fejn stabbilixxa li n-nisa issa jistgħu uffiċjalment jieħdu r-rwoli tal-Letturi u tal-akkoliti waqt iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi.
M’hemm xejn ġdid dwar in-nisa jipproklamaw il-Kelma t’Alla waqt iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi jew iwettqu servizz fuq l-altar bħala abbatini jew bħala ministri Ewkaristiċi. F’ħafna komunitajiet madwar id-dinja dawn il-prattiċi huma diġà awtorizzati mill-isqfijiet lokali.
F’nota ta’ spjegazzjoni maħruġa flimkien mal-liġi l-ġdida, s-saċerdot Taljan Patri Angelo Lameri, professur fl-Università Pontifiċja tal-Lateran, sejjaħ il-liġi l-ġdida “maturazzjoni ta’ proċess mibdi fl-1972 mill-Papa San Pawlu VI, li dik is-sena ddikjara fih stess motu proprio ‘Ministeria quaedam’ li wieħed m’għandux għalfejn ikun saċerdot jew seminarista sabiex ikun abbati, u b’hekk jiftaħ ir-rwol għall-lajċi”.
Fl-2016, il-Papa Franġisku għamel ġest simili meta mmodifika r-rubrika għar-ritwali tal-ħasil tas-saqajn waqt il-Quddiesa ta’ Ħamis ix-Xirka, u ppermetta formalment li n-nisa jintgħażlu għal dan ir-rit.
Il-Papa f’ittra lill-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi qal li l-għażla li formalment idaħħlu n-nisa f’dawn il-ministeri, “li tinvolvi stabbità, rikonoxximent pubbliku u l-mandat min-naħa tal-isqof, tagħmel il-parteċipazzjoni ta’ kulħadd ix-xogħol ta’ evanġelizzazzjoni aktar effettiv fil-Knisja”. Din id-deċiżjoni, huwa qal, “tiżgura lin-nisa jkollhom impatt reali u effettiv fl-organizzazzjoni, fl-aktar deċiżjonijiet importanti, u fit-tmexxija tal-komunitajiet iżda mingħajr ma jieqfu jagħmlu dan bl-istil tal-marka femminili tagħhom”.
Huwa fetaħ il-bieb biex il-lajċi kollha jieħdu dawn ir-rwoli, u dawk li qed jippreparaw għas-saċerdozju jifhmu aħjar “li huma parteċipanti f’ministeru komuni ma’ rġiel u nisa mgħammdin oħra”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://cruxnow.com/vatican/2021/01/vatican-formalizes-ability-for-women-to-be-lectors-altar-servers/