Appell tal-Papa Franġisku waqt l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 1 ta’ Settembru 2021. “Dar għal kulħadd? Inġeddu l-Oikos ta’ Alla”
Illum niċċelebraw il-Jum Dinji ta’ Talb għall-Kura tal-Ħolqien, u l-bidu taż-Żmien tal-Ħolqien, li jintemm fl-4 ta’ Ottubru, il-festa ta’ San Franġisk ta’ Assisi.
Din is-sena t-tema hija: “Dar għal kulħadd? Inġeddu l-Oikos ta’ Alla”. Mal-Patrijarka Ekumeniku Bartilmew u l-Arċisqof ta’ Canterbury, Justin Welby, ħejjejna messaġġ li se jkun publikat fil-jiem li ġejjin.
Flimkien ma’ ħutna ta’ denominazzjonijiet Insara differenti, ejjew nitolbu u naħdmu għad-dar komuni tagħna f’dawn iż-żminijiet ta’ kriżi gravi għall-pjaneta.
Infakkru li l-fehma tal-Papa għal matul Settembru 2021 hija biex nitolbu sabiex ilkoll kemm aħna nagħmlu għażliet kuraġġużi għal stil ta’ ħajja sempliċi u favur ambjent sostenibbli. Ara l-fehma tal-Papa għal Settembru 2021 …