Malta Missjunarja ta’ Settembru 2021

Print Friendly, PDF & Email

Magażin ta’ Missio Malat, publikat kull xahar

“Jiena ftaħt għajnejja,” tgħid Antonina, “u ħarist lejn dik ix-xbieha tal-Madonna u rajtha tibki. Jiena stgħaġibt ħafna u sejjaħt malajr lil oħt ir-raġel u liz-zija, u għedtilhom x’rajt. Għall-ewwel ħasbu li kienu xi alluċinazzjonijiet ikkawżati mill-marda tiegħi, imma mbagħad huma resqu aktar viċin tax-xbieha u raw li tassew id-dmugħ kien ħiereġ minn għajnejn il-Madonna. Xi dmugħ anke niżel minn fuq ħaddejha għal fuq it-tustiera tas-sodda.

Matul ix-xahar ta’ Settembru tista’ taqra aktar dwar din l-istorja tal-Madonna tad-Dmugħ ta’ Sirakuża, fl-editorjal tal-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’wieħed mill-artikli naqraw dwar ir-rikostruzzjoni ta’ żewġt idjar oħra fil-parroċċa ta’ San Martin de Porres fil-Malawi. Id-djar huma ta’ anzjani li jisfaw vittmi ta’ twemmin li huma sħaħar. Artiklu ieħor ilaqqana ma’ Dun Bonaventure Luchidio, li jwasslilna aħbarijiet dwar tfal li waslu biex jitilfu d-dawl t’għajnejhom minħabba li m’għandhomx flus biex isirilhom operazzjoni sempliċi li tiswa biss ftit Ewro.

Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt  Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading