F’Budapest, il-Papa jiltaqa’ mal-Metropolita Hilarion

Print Friendly, PDF & Email

Wara l-appuntamenti tiegħu ta’ filgħodu fit-tieni jum taż-żjara fl-Ungerija, fin-Nunzjatura Appostolika, l-Papa Franġisku ltaqa’ privatament mal-Arċisqof Hilarion, l-Arċisqof Metropolitan ta’ Budapest u l-Ungerija.

Huwa nħatar f’din il-kariga f’Ġunju 2022, wara li serva għal tlettax-il sena bħala kap tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Esterni tal-Patrijarkat ta’ Moska, u kien magħruf informalment bħala l-“Ministru tal-Affarijiet barranin” tal-Patrijarka Kirill.

Skont stqarrija tas-Santa Sede, l-udjenza saret bl-għajnuna ta’ interpretu, u kienet waħda kordjali u li damet madwar 20 minuta. L-Qdusija Tiegħu sellem lill-Metropolita b’tgħanniqa u bies is-salib pettorali tiegħu.

L-aħħar li ltaqgħu l-Papa Franġisku u Hilarion kien fit-22 ta’ Diċembru 2021 fil-Vatikan. F’dik l-okkażjoni, skont l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, kienu ddiskutew xi kwistjonijiet ta’ tħassib komuni u l-impenn tagħhom “biex ifittxu reazzjonijiet umani u spiritwali konkreti”.

L-ewwel laqgħa bejn il-Papa Franġisku u l-Metropolita Ortodossa Russa saret fl-20 ta’ Marzu 2013, l-għada tal-bidu tal-ministeru Petrin tal-Papa. Kien segwit minn diversi laqgħat oħra, inkluż fl-okkażjoni tal-avveniment inter-reliġjuż “Brothers Peoples, Future Land” organizzat mill-Komunità ta’ Sant’ Egidio f’Ruma fis-7 ta’ Ottubru 2021.      

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-04/the-pope-meets-metropolitan-hilarion-in-budapest.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading