Il-Ħajja f’Għawdex, Mejju 2023, No 1048

Print Friendly, PDF & Email

L-ewwel Festival letterarju li nżamm f’Għawdex m’ilux hu fost l-aħbarijiet li tista’ ssib fil-ħarġa ta’ Mejju tar-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex, li tirrapporta wkoll dwar ir-restawr riċenti tal-erba’ statwi imprezzabbli li jsebbħu z-zuntier tal-Knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt Victoria.

Din il-ħarġa tagħti ħarsa lura wkoll lejn Shemà: Lejl Imdawwal li d-Djoċesi ta’ Għawdex organizzat fil-qalba tar-Rabat f’dan ix-xahar. Fl-istess żmien fl-Ingilterra saret l-Inkurunazzjoni tar-Re Karlu III, li għandu wkoll rabtiet ma’ Għawdex, kif jirrakkonta artiklu ieħor b’diversi ritratti storiċi. Imfakkra wkoll l-ewwel 10 snin tal-Mużew u Ċentru Kulturali Il-Ħaġar, kif ukoll il-100 sena tal-istatwa titulari tal-Fontana u l-mewt tal-missjunarju Munxari Mons. Ġużeppi Agius.

%d bloggers like this: