Fil-kapitali Filippina ta’ Manila, l-Università De La Salle organizzat konferenza internazzjonali fuq jumejn [8 u 9 ta’ Novembru], li ġabret flimkien esperti u studenti universitarji biex jesploraw diversi aspetti tat-tagħlim b’servizz miegħu.

L-avveniment kien ikkoordinat minn Porticus u l-NGO internazzjonali, CLAYSS, b’kollaborazzjoni mal-Università Kattolika Awstraljana, li taħdem mill-qrib mal-Global Compact dwar l-Edukazzjoni mniedi mill-Papa Franġisku. L-Papa bagħat ittra ta’ inkoraġġiment u gratitudni, li nqrat waqt l-attività tal-Ħamis.
Fil-messaġġ tiegħu, l-Papa Franġisku nnota li s-Simpożju ġabar flimkien retturi, professuri, u studenti universitarji bil-għan li jaqsmu l-esperjenzi u r-riċerka tagħhom fil-qasam tat-tagħlim u b’servizz miegħu. Huwa esprima t-tama tiegħu, li l-avveniment jista’ jnissel fiż-żgħażagħ “kuxjenza akbar tar-relazzjoni li għandha teżisti bejn ‘il-lingwi’ tal-moħħ, tal-qalb, u tal-idejn”. “B’dan il-mod, l-edukaturi jistgħu jiffurmaw – u mhux sempliċiment jinfurmaw – dawk fdati f’idejhom, biex kulħadd jitgħallem jaħseb f’armonija ma’ dak li jħossu u jagħmlu; iħossuhom f’armonija ma’ dak li jaħsbu u jagħmlu u jagħmluh f’armonija ma’ dak li jħossu u jaħsbu”, spjega.
Il-Papa Franġisku sostna għal aprowċ integrali lejn l-edukazzjoni, sabiex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jsiru mexxejja fil-bini ta’ futur aħjar għas-soċjetà globali tagħna. Fakkar ukoll fl-importanza tad-dimensjoni spiritwali fl-edukazzjoni. “Jien fiduċjuż li dan is-Simpożju”, qal, “se jkabbar il-ħeġġa ta’ dawk kollha li qed jieħdu sehem biex jaqdu l-ġid komuni bħala dixxipli missjunarji, kapaċi jġibu l-verità trasformattiva, s-sbuħija u l-ferħ tal-Evanġelju lil kulħadd, biex b’hekk tavvanza s-Saltna ta’ Alla ta’ solidarjetà fraterna, ġustizzja u paċi”.
Bħala konklużjoni, l-Papa assigura lill-parteċipanti tas-Simpożju bit-talb tiegħu u ħeġġeġ il-ħidma kontinwa tagħhom fl-edukazzjoni, u tahom l-Barka Appostolika tiegħu.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-11/pope-francis-fourth-global-symposium-uniservitate-manila.html